manetti.jpg

Zaghzugh Libjan arrestat wara sejba ta’ Cannabis 

Libjan ta’ 24 sena residenti l-Imsida, instabitlu kwantita’ ta’ droga Cannabis ftit wara li kien ghadu kif hareg minn stabbiliment f’Paceville. Nhar l-Erbgha ghal habta tal-11.30 p.m. il-Libjan hareg mill-istabbiliment fis-sakra u qaleb mutur li kien hemm ipparkjat. Irrizulta li l-mutur huwa ta’ wiehed mill-bouncers li jahdem fl-istess stabbiliment li meta gibdulu l-attenzjoni hareg flimkien ma’ bouncers ohrajn u fi ftit sekondi qamet konfuzjoni shiha.

Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile kif ukoll tad-Distrett immexxija mis-Surgent Ramon Mifsud Grech. Meta l-Pulizija zammew lil-Libjan u saret tfittxija fuqu bhala procedura normali, sabulu qartas fil-but li kien fih id-droga. Ghaldaqstant il-Pulizija haduh l-Ghassa ta’ San :iljan fejn saritlu tfittxija intensiva fuq il-persuna tieghu. Kien hawn li l-Pulizija sabu erba’ bicciet raza kbar u tlieta ohrajn izghar mohbija f’diversi partijiet ta’ hwejjgu.

B’din is-sejba gew informati kemm l-Ispettur Carlo Ellul tad-Distrett kif ukoll l-Ispettur Nadia Lanzon mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.  

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s