Protezzjoni Civili


Sewwieq ħareġ fil-ħin qabel il-karozza saret vampa nar

SLIEMASewwieq ta’ karozza VolksWagon Polo, raġel ta’ 26 sena minn Ħ’Attard, ħelisha mingħajr ebda ġrieħi meta l-karozza ħadet in-nar fi ftit sekondi.

Il-każ seħħ illum, is-Sibt għall-ħabta tas-1.15 p.m. fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Persuni li kienu fuq il-post qalu lil KRONAKA f’MALTA li raw duħħan ħiereġ mill-makna tal-karozza u s-sewwieq gibed lejn ix-xellug u waqqaf il-karozza. Kif ħareġ mill-VW l-istess karozza ħadet in-nar u saret vampa.

Fuq il-post waslu l-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq u anke dderiġew it-traffiku sakemm waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Għalkemm is-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi, deher li kellu xokk kbir fuqu.

Advertisements

camera Tliet żgħażagħ oħrajn jiddaħħlu l-isptar ukoll

Inċident tat-traffiku matul illejl li għadda, ħalla żagħżugħ jissielet għal ħajtu u tlieta oħrajn isofru minn diversi ġrieħi.

Dan l-inċident seħħ ftit wara …..artiklu

camera Nhar it-Tnejn jaslu tliet fire engines mill-Ingliterra

Fil-ġimgħat li ġejjin id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkun jista’ jaħdem aħjar bi tliet ‘fire engines’ ħafna aktar ġodda milli għandu fil-preżent. Dawn l-inġenji mistennija …..artiklu

camera Erba’ żgħażagħ Maltin u mara Pollakka jsofru ġrieħi ħfief

Tard it-Tlieta waranofsinhar il-Pulizija u l-Gwardjani Lokali kienu impenjati minħabba diversi inċidenti tat-traffiku kawża tal-ftit xita li …..artiklu

camera  Tliet barranin jgħerqu f’żewġ każi separati

Il-Pulizija ta’ Għawdex illum kienu impenjati sew b’żewġ traġedji li seħħew fi spazju ta’ inqas minn ħames sigħat li fihom tliet barranin mietu …..artiklu

camera Missier ta’ tifel żgħir imut f’ħabta fil-Marsa

George Scerri ta’ 39 sena minn San Ġiljan tard illum waranofsinhar tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ fi …..artiklu

camera Anzjan Irlandiż imut fil-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa

B’aktar minn ġimgħatejn ’il bogħod mill-istaġun tas-sajf, din is-sena diġá tilfu ħajjithom tliet persuni kawża ta’ għarqa filwaqt li tul is-sena l-oħra kollha …..artiklu

Next Page »