Mahrub


camera Maximilian Ciantar reġa’ fl-inkwiet mal-Pulizija

Maximilian Ciantar ta’ 23 sena, residenti l-Marsa, li fl-2010 weħel sentenza ta’ priġunerija wara li tajjar tewmin bniet f’Ħ’Attard u baqa’ sejjer, illum reġa’ ħarab …..artiklu

Advertisements

 

Kien wettaq serqa u haraq il-post

wanted-mangionIl-Pulizija Maltija talbet lill-Pulizija tal-Interpol biex ifittxu Malti li x’aktarx ilu li harab minn Malta madwar 19-il sena wara li allegatament kien wettaq serqa u ta n-nar il-post.

Fuq is-sit elettroniku tal-Interpol jinghad ufficjalment li l-Pulizija Internazzjonali qeghda taghmel tfittxija ghal Mario Mangion ta’ 47 sena mill-Hamrun. L-Interpol qed tghid li Mangion twieled fis-6 ta’ Settembru 1961 u jitkellem bil-Malti u bl-Ingliz. Huwa qed ikun akkuzat li huwa involut f’reat li jinvolvu l-armi kif ukoll splussiv.

Sorsi qrib il-Pulizija ta’ Malta qaluli li Mangion allegatament kien wettaq serqa u wara kien hemm spluzjoni u l-post kien ha n-nar. L-istess sorsi qalulna izda li l-Pulizija Ingliza, fejn huwa mifhum li jinsab Mangion, ma tantx huma herqana jfittxuh peress li ghaddew hafna snin mindu wettaq ir-reat.

Hadd ghadu ma refa’ r-responsabbiltà

Minkejja li l-harbiet mic-Centri ta’ Detenzjoni issa saru rutina, s’issa ghadu hadd ma refa’ r-responsabbiltà ghal dan in-nuqqas ta’ sigurtà.

L-ahhar harba sehhet bejn il-lejl ta’ nhar it-Tnejn u t-Tlieta fejn harbu sitt Tunezini li dahlu Malta illegalment fl-1 ta’ Frar li ghadda f’Marsaxlokk. Dakinhar il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici kien qal li dawn kienu se jintbaghtu lura lejn pajjizhom immedjatament ghax ma jikkwalifikawx ghall-ghajnuna umanitarja. Izda minkejja li ghadda iktar minn xahar, hafna mill-madwar 260 li dahlu dakinhar ghadhom qeghdin jinzammu fic-Centri ta’ Detenzjoni, hlief ghal dawk li ghadhom mahrubin.

Dakinhar il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern fi stqarrija qal li “mill-investigazzjonijiet inizzjali jirrizulta li dan il-grupp ta’ immigranti illegali hu maghmul fil-maggoranza assoluta minn persuni li gejjin mit-Tunezija, Algerija, Marok, Egittu, Indja, Pakistan u Bangladesh. Persuni gejjin minn dawn il-pajjizi mhumiex elegibbli ghal status ta’ protezzjoni umanitarja u ghalhekk ma jistghux jibqghu f’Malta”. Izda s’issa ghad hawn il-maggoranza ta’ dawn l-immigranti f’Malta.

Ghalkemm m’ghandix statistika ufficjali ta’ kemm saru harbiet minn Centri ta’ Detenzjoni, li ghalihom twaqqaf id-Dipartiment tas-Servizzi ta’ Detenzjoni fl-2005, hu mifhum li minn dakinhar kien hemm aktar minn 12-il harba. Dawn saru kemm minn Hal Far kif ukoll minn Hal Safi fejn is-sigurtà hija laxka hafna.

Sorsi qrib il-Ministeru tal-Intern qaluli li l-problema tal-harbiet kompliet tiskala bil-wasla tal-grupp ta’ klandestini li dahlu Malta illegalment fl-1 ta’ Frar ta’ din is-sena.

Fil-fatt minhabba li hafna minn dawn kienu jafu li se jintbghatu lura, bdew mill-ewwel bl-inkwiet. L-istess sorsi qaluli li bejn 1 u l-24 ta’ Frar kien hemm seba’ harbiet minn Centri ta’ Detenzjoni. B’kollox f’dawn il-ftit granet harbu 32 klandestin, li minnhom hemm 17-il Tunezin, seba’ mis-Sudan, tnejn minn Nigerja kif ukoll wiehed mill-Kosta tal-Ivorju, iehor mill-Eritreja, iehor minn Mali u iehor Somalu.

Minn dawn jidher li nqabdu tliet Tunezini u Nigerjan. Ghalhekk ghadhom mahrubin 28. Mhux maghruf kemm fadal barra minn harbiet li saru wara l-24 ta’ Frar 2009.

Dan l-ahhar is-Sindku ta’ Hal Kirkop, Mario Salerno, f’kummenti li ta lil Times of Malta, qal li kull darba li jkun hemm harba, dawn hafna minnhom jispiccaw fir-rahal ta’ Hal Kirkop. Hu qal li dan il-lokal hu minsi mill-awtoritajiet. Anke r-residenti jinsabu mhasbin minhabba li mhux l-ewwel darba jsibu klandestini li jkunu harbu wara l-bieb taghhom.

Sorsi qrib ic-Centri ta’ Detenzjoni qaluli li xi snin ilu kien hemm diversi harbiet mill-Habs ta’ Kordin u l-persuna li kienet tmexxi l-Habs, l-eks-Assistent Kummissarju Manuel Cassar, kien offra r-rizenja tieghu. Izda l-Ministru tal-Intern ma kienx accetta r-rizenja. Izda jidher li minkejja li mic-Centri ta’ Detenzjoni saru hafna iktar harbiet, s’issa ghadu hadd ma refa’ r-res-ponsabbiltà u qisu xejn mhu xejn.

“Xi haga hazina zgur li hemm ghax kieku dawn l-immigranti ma jaharbux meta jridu. Wiehed jittama li ma jkunx hemm konsegwenzi gravi qabel ma xi hadd jerfa’ r-respnonsabbiltà. Il-kelma ‘accountable’ ma nafux xi tfisser”, sahqu s-sorsi li tkellmu maghna.