Korp tal-Pulizija


police-badge.jpg                             

Il-Korp jirrispondi u jikkonferma u nirribattu 


L-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija fi tliet ittri separati rrispondew ghal artikli li dehru fil-gazzetta it-Torca tal-15 ta’ Lulju, 29 ta’ Lulju u 19 ta’ Awissu fejn ikkonferma dak li ktibna. Bhala dritt ghar-risposta l-Editur ta’ it-Torca iipproduca kelma b’kelma dak li kitbet l-amminstrazzjoni tal-Korp.

Fuq dan is-sit elettroniku dawn l-artiklu dehru wkoll u ghalkemm l-Amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija rrispondiet ghal dak li deher fil-gazzetta biss, jien xorta wahda se naghti d-dritt tar-risposta lill-Korp minkejja li ma ntalbitx.

Ir-risposti tal-Korp u r-risposta tieghi huma dawn:

15 ta’ Lulju 2007

“Naghmel referenza ghall-artiklu li deher f’pagna 6 tal-gazzetta tieghek ta’ l-15 ta’ Lulju 2007 taht it-titolu ‘L-Akkademja tal-Pulizija mhix ghal kulhadd’ minn John Pisani.

Rigward it-tahrig li jisr filghodu fl-Akkademja tal-Pulizija ghall-membri tal-Korp, l-artikolist semma li dan isir fil-qilla tax-xemx. Wiehed irid jippreciza li l-unika parti tat-tahrig li jsir fix-xemx hija girja ta’ mil u nofs li ma tiehux aktar minn 30 minuta. Barra minn hekk l-aktar tard li dawn il-girjiet ikunu lesti huma ghal habta tal-11.30 a.m. L-ezercizzju l-ohrajn fizici jsiru fid-dell. Wiehed ma jridx jinsa li x-xoghol polizjesk irid isir f’kull tip ta’ temp, xemx jew xita.

L-artikolist allega wkoll li l-membri tal-Korp ma jithallewx jiehdu shower wara t-tahrig fiziku. Dan mhuwiex minnu. Fil-fatt il-membri tal-Korp ma jithallewx jiehdu shower bejn ezecizzju u iehor izda ghandhom il-facilità li juzaw ix-showers wara li jitlesta t-tahrig fiziku kollu.

Rigward in-nuqqas ta’ sireni fuq il-karozzi tad-Distretti, ta’ min jghid li xi zmien ilu bdiet tittiehed azzjoni biex jigi zgurat li l-karozzi kollha tad-Distretti jkunu mghammrin b’sireni. Però peress li hemm vetturi minn dawn li se jinbidlu ma’ ohrajn (li huma attrezzati b’kollox), fil-gimghat li gejjin, kien ghaqli li apparat akustiku gdid jehel fuq karozzi aktar moderni”

Risposta tat-Torca : Dwar l-Akkademja l-Korp ikkonferma li l-girja ssir fil-11.00 a.m. meta x-xemx tkun fl-aqwa taghha. Dwar ix-showers il-Pulizija li jmorru hemm ghadhom jallegaw li mhumiex jithallew jiehdu shower.

Dwar is-sireni fir-risposta l-Korp ikkonferma li verament hemm vetturi tad-Distrett minghajr sireni u nifirhu lill-Korp li se jgib vetturi godda u nawguraw li ma jdumux ma jaslu. U jekk forsi xi hadd ha l-impressjoni li tad-Distrett se jkollhom vetturi godda, dan mhux il-kaz ghax jidher li huma tal-Mobile li se jkollhom karozzi godda u dawk tal-Mobile se jghaddu ghal ghand tad-Distrett.

Ta’ min jinnota izda li fl-istess artiklu kien hemm diversi punti ohrajn fosthom il-canteen, l-ilma li jridu jixtru u dawk il-Kuntistabblijiet li ghaddew mill-ezami u l-interview ghal Surgenti tpoggew fil-waitng list. Dwar dawn il-korp ma semma xejn.

29 ta’ Lulju 2007

“Naghmel referenza ghall-artiklu li gie ppublikat f’pagna 40 fuq il-gurnal tieghek tad-29 ta’ Lulju 2007 intitolat ‘L-Ghassa tal-Pulizija fl-Imsida: Periklu ghal-pubbliku…imma mhux ghall-Pulizija”.

Ninfurmak li xogholijiet ta’ manutenzjoni nbdew f’din l-ghassa mid-Dipartiment tax-Xogholijiet Pubblici. Bhala prekawzjoni, l-ghassa giet imdawra minn barrikati halli x-xoghol in-kwistjoni jista’ jsir b’aktar facilità. Fil-fatt l-ghassa tal-pulizija, specjalment l-area fejn jinqeda l-pubbliku, giet irrangata strutturalment mit-Taqsima tas-Snajja tal-Korp kif ukoll tqeghdet xi ghamara gdida. Kuntrarjament ghal dak li ntqal, ma jirrizultax li hemm periklu ghall-ufficjali tal-Pulizija li jahdmu f’din l-ghassa. Ix-xoghol ta’ manutenzjoni fl-Ghassa tal-Pulizija fl-Imsida s jkompli sakemm dan jitlesta”.

Risposta tat-Torca : Veru li x-xoghol inbeda u jista’ jkun li kienet biss koincidenza li dan ix-xoghol inbeda wara li deher l-artiklu fit-Torca. Veru wkoll li x-xoghol ghadu ghaddej tant li ghal dawn l-ahhar tliet gimghat il-Pulizija li jkunu xoghol f’din l-ghassa m’ghandhomx il-facilitajiet tat-toilets.

19 ta’ Awissu 2007

“Referenza qed issir ghall-artiklu intitolat ‘Bla aircondtion, spiza biex jistudjaw u tbatija zejda‘ ippublikat fuq it-Torca tad-19 ta’Awissu 2006 f’pagna 15.

Dwar l-ewwel punt imsemmi, jigifieri l-units ta’ l-arja kkundizjonta fit-Taqsima tal-Forensika, ghandu jinghad li ghalkemm huwa minnu li wiehed mill-erba’ chillers li hemm fil-blokk il-gdid tas-CID zviluppatlu hsara teknika, fil-prezentament qed tittiehed azzjoni biex dan ic-chiller jigi mibdul ma’ wiehed gdid. Ma nafx x’news value fiha u x’inhu ezatt l-iskop wara din l-ahbar, meta dawn huma affarijiet normali li jsehhu ta’ kuljum f’dipartiment kbir bha ma huwa l-Korp tal-Pulizija.

Rigward l-ispiza li l-artikolista tieghek semma’ biex wiehed isegwi kors fil-Baccellarat fil-Kriminologija, ngharrfek li l-flus mitluba biex wiehed isegwi l-kors hija proroga assoluta ta’ l-Università ta’ Malta u mhux tal-Korp tal-Pulizija. Il-kors m’huwiex miftuh biss ghal membri tal-Korp izda ghall-pubbliku in generali. Ghaldaqstant l-anqas jista’ jinftiehem ghaliex din l-ahbar gie assocjata mal-Korp tal-Pulizija bhal li kieku qisu kien il-Korp tal-Pulizija li zied l-ispiza tal-attendenza ta’ dan il-kors ta’ tahrig ghall-membri tal-Korp.

Fir-rapport jissemma wkoll in-numru ta’ surgenti li hemm neqsin f’xi Distretti tal-Korp tal-Pulizija wara li dan l-ahhar saru xi promozzjonijiet fl-istess rank. Irid jinghad li dan l-ahhar veru li saru xi promozzjonijiet f’dan ir-rank u gew mimlija l-vakanzi li kien hemm pendenti f’dan ir-rank. Bhalissa ghaddej reklutagg ta’ ingagg gdid fil-Korp u meta jkun il-waqt fl-interess tal-Korp u dejjem jekk ikun hemm il-htiega, vakanzi ohrajn li jistghu jinholqu f’dan ir-rank jigu mimlijin minnufih. Allahares il-Korp jimxi skond l-interess ta’ xi individwi u mhux fl-ezigenzi li jitlob il-Korp.

Isemma’ wkoll it-tahrig ghall-membri tal-Korp fil-PIRS, li hija s-sistema komputerizzata ta’ kif jittiehdu rapporti fl-Ghases tal-Pulizija. Bhalissa ghaddej process fejn din is-sistema qed tinbidel ma’ sistema ohra aktar moderna u efficjenti u dan biex il-Korp tal-Pulizija jkun inlinea skond ir-rekwiziti tax-Shengen u fl-istess hin ikompli jtejjeb u jaggorna ruhu f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ makkinarju u ghodod ohrajn li jkomplu jtejbu l-livell tal-Korp. Ma kienx jaghmel sens li naghlmu lill-Pulizija fuq sistema li konna nafu li fi ftit zmien din kellha tinbidel. Fil-fatt mill-ewwel ta’ dan ix-xahar il-Pulizija bdew jinghataw korsijiet fuq is-sistema l-gdida tal-PIRS 2 u dawn biex ikunu preparati ghal meta tibda tahdem il-PIRS il-gdid.

Fl-artilu jissemmew ukoll diversi punti li jikkoncernaw id-Distrett ta’ Ghawdex u li ta’ min jikkjarifika. Fil-fatt dwar il-Pulizija Ghawdxin li jahdmu Malta, irid jinghad li l-Korp ma jimpedi lil hadd milli jsib akkomodazzjoni alternattiva jekk wiehed ma jkunx irid joqghod fl-ghassa. Rigward it-tahrig ta’ l-Ghawdxin li jsir f’Malta, ghalissa huwa impossibli li dan it-tahrig jibda jinghata f’Ghawdex.

Dwar l-Ghases f’Ghawdex, irid jinghad li f’April li ghadda 11-il membru tal-Pulizija li joqghodu fil-gzira ta’ Ghawdex gew trasferiti biex iservu f’Ghawdex stess. Apparti li gew inforzati taqsimiet bhas-CID, l-Iskwadra tal-Mobile u ohrajn, il-maggor kbira ta’ l-Ghases f’Ghawdex gew miftuhin b’mod regolari kemm filghodu kif ukoll matul il-lejl u dan jistghu jikkonfermawh ic-cittadini Ghawdxin stess. Wiehd jifhem li x-xoghol tal-Pulizija fis-sajf jizdied sew u dan minhabba l-kwantità kbira ta’ festi li ghandna f’pajjizna certu ghases fil-hin tal-festi jkollhom jinghalqu kif dejjem kienet il-procedura.

Fl-ahharnett rigward il-kaxxi tal-luminata, kuntrarjament ghal dak li ntqal fl-artiklu tieghek qatt ma nghatat xi ordni mill-amministrazzjoni tal-Korp biex jitnehhew xi kaxxi tal-luminati fl-ghases hlief f’ghassa wahda biss fejn il-kaxxa tal-luminata kienet ingiebet u tnehhiet fuq inizzjattiva ta’ l-ufficjal inkarigat mill-istess ghassa.

Ghar-rigward ta’ first aid boxes, tajjeb li jinghad li madwar senten ilu nxtraw numru sostanzjali ta’ first aid boxes li gew mimlijin bin-necessitajiet kollha u tqasmu f’diversi taqsimiet u vetturi tal-Korp tal-Pulizija. Fl-ghases ir-responsabilità tal-first aid boxes taqa’ fuq il-fizzjal u s-Surgent Maggur inkarigat mill-istess ghassa li jaraw li din tkun provduta u attrezzata bil-materjal necessarju.

Rigward dak li ntqal mill-artikolist dwar l-Ghassa ta’ l-Ghadira li din qed tinfetah biss ghax-show, dan inhallih ghall-qarrejja tal-gurnal tieghek li min jaf kemm-il darba gew bzonn li jaghmlu uzu mis-servizzi ta’ din l-ghassa u dan barra membri ohrajn tal-Korp anke peremzz tal-bicycles li jkunu qed jaghmlu l-ghassa ma’ din il-bajja.

Risposta tat-Torca : Dwar l-airconditions il-Korp ikkonferma dak li ghidna – hemm units li mhumiex jahdmu. Li tghid li mhix ta’ news value allura ma nlumu lil hadd li jghid li verament il-Pulizija mhumiex stmati.

Min irrispondina dwar il-kors fil-krimonologija jiddispjacini nghidlu illi l-iskop ta’ din il-kolonna hija li ninfurmaw lill-poplu x’qed jigri fil-pajjiz. Ma nafx kif wasal ghall-konkluzzjoni li jien ikkritikajt lill-Korp tal-Pulizija. Veru li assocjata mal-Korp tal-Pulizija, imma allura dawk il-membri tal-Korp li ntalbu jhallsu Lm1,250 minflok Lm500 biex ikunu Pulizija ahjar, il-Korp ma jinteressahx minnhom. Kont nistenna li l-Korp tal-Pulizija johrog hu jikkritika din iz-zieda u mhux jirrispondina li qed insemmu lehinhom ghax ghandhom mazra ma’halqhom!!

Dwar is-Surgenti neqsin u fejn gew stazzjonati lanqas irrid nipprova nifhem ir-risposta tal-Korp. L-istess dwar il-PIRS. Din bhas-sireni tal-karozzi – ma naghmlu xejn ghalissa u c-cittadin joqghod jistenna sakemm inbidlu s-sitema.

Dwar il-Pulizija Ghawdxin kull ma qed jissugerrixxi l-Korp lil dawn il-Pulizija huwa li jekk m’intix komdu ikri appartament u hallas ghalih mill-paga tieghek ghax mhux se nippruvaw intejbu l-akkomodazzjoni ghalikhom.

Dwar l-Ghases f’Ghawdex – iva naqbel li nhallu f’idejn ic-cittadini Ghawdxin li jaraw kemm ikunu miftuhin l-ghases hemmhekk. U jekk xi hadd irid ikun jaf kemm tjiebet is-sitwazzjoni tal-Pulizija f’Ghawdex kif qalet l-amminstrazzjoni tal-Korp, kull ma jrid  jaghmel huwa li jcempel biex jitlob li jmorru fuq bicca xoghol tad-CID – xi tjiebet? Erba’ Pulizija biss hemm u jrid ilehhaq kollox Spettur wiehed u Supretendent. Meta nghid kollox qed infisser ix-xoghol kollu tad-Disrett u CID.

U dwar il-kaxxex tal-luminata jekk ma kienitx l-Amminstrazzjoni tal-Korp li nehhiet il-kaxxex, allura nittama li sakemm qed jidher dan l-artiklu l-Amministrazzjoni tkun digà poggiet imqar kaxxa wahda fl-ghassa. U bil-haqq poggu lura wkoll dawk li tnehhew dan l-ahhar fosthom fid-Distrett ta’ San Giljan….biex tifhmuni ahjar id-Delta 6A.

Dwar il-first aid boxes il-Korp ma cahad xejn hlief li tefa’ r-responsabilità fuq il-fizzjal u s-Surgent Maggur. U dwar l-Ghassa ta’ l-Ghadira naghmel l-istess u nhalli lill-qarreja jiggudikaw.

neil-harrison-drugs.jpg L-abbuz mid-droga mhux avventura

Is-Supretendent Neil Harrison – Drug Squad

 

 

F’din is-sensiela dwar il-problema tad-droga f’pajjizna s’issa tkellimna ma’ Fr Hilary Tagliaferro, Julianne Grima mic-Centru ta’ Riabilitazzjoni ta’ San Blas u ma’ zewg zghazagh li kienu ‘drug addicts’ u qeghdin jaghmlu l-programm.

Fl-intervista tal-lum tkellimt mas-Supretendent Neil Harrison li bhalissa huwa responsabbli mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fin-nuqqas ta’ l-Assistent Kummissarju Paul Debattista li jinsab bit-‘terminal leave’.

 

Hafna jsostnu li minkejja li ghaddew snin twal xorta wahda l-glieda kontra d-droga ghadha mhix mirbuha. Veru li l-glieda hija mitlufa?

L-iktar haga importanti fil-glieda kontra d-droga hija li kulhadd jigbed habel wiehed u jingibed minn naha wahda biss. Ghalija din hija gwerra u qatt mhu se naslu li xi darba nirbhu l-gwerra fejn ma jkun hawn droga ta’ xejn fil-pajjiz. Jekk nahsbu hekk inkunu qeghdin naraw wisq kbir ghalkemm din tkun is-sitwazzjoni l-iktar ideali. Imma ma naqbilx li jkun hawn min jghid li tlifniha l-gwerra jew il-glieda kontra d-droga. Jekk ahna bhala Pulizija, naslu biex nemmnu li l-gwerra hija mitlufa allura nigu ghax-xoghol demoralizzati ghax nghidu li qeghdin hawn ghal xejn.

Anzi mhux talli ma nhoss li m’ahniex nahdmu ghal xejn, imma anke l-membri kollha ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga huma mimlijin b’entuzzjazmu. Is-sodisfazzjon u l-motivazzjoni tigi anke meta naqbdu lil xi hadd li juza d-droga u mhux biss dawk li jittraffikaw. L-enfazi taghna mhix dik imma li naqbdu lil xi hadd f’party jew f’xi ‘road block’, investigajnih u tressaq il-Qorti b’pussess. Finalment din tkun serviet ghal xi haga ghax dan jista’ johodha ta’ lezzjoni. Is-sena li ghaddiet ressqna 429 persuna l-Qorti fuq kazi ta’ pussess biss.

Kemm minnhom jiehdu lezzjoni minn din?

Hafna minn dawn rari nergghu niltaqghu maghhom ghax ikun hemm minnhom li jbiddlu hajjithom ghax ikun tressaq il-Qorti. Ikun hemm minnhom li jibdew programm ta’ riabilitazzjoni. Fil-fatt hafna minn dawk li qeghdin jaghmlu l-programm ghad ghandhom kaz il-Qorti u ghalhekk din turi li l-fatt li bniedem gie arrestat fuq pussess u tressaq il-Qorti digà irbahna bicca mill-gwerra.

Kien hawn minn dawn li litteralment biddel hajtu fejn filli kien beda t-triq hazina u l-fatt li dan iccappas mal-ligi u tressaq il-Qorti fuq pussess tad-droga, dan ma kompliex f’din it-triq. Anke l-Qorti tipprova taghti lil dawn il-persuni l-opportunità li jirribilitaw ruhhom billi jitpogga ta’ sorveljanza ta’ ‘probation officer’. Kien hemm kazi fejn il-Qorti anke tat cans lill-istess persuna darbtejn sakemm dan ma jinqabadx jittraffika d-droga.

Nista’ nghidlek li f’dawn l-ahhar 14-il sena kemm ilhi mad-‘Drug Squad’, ftit hafna kienu dawk li ntbghatu l-Habs fuq sempliciment pussess u dawn ikunu persuni li jkunu tressqu drabi ohrajn fuq pussess. Insibu anke l-familja taghhom stess li jghidulna li ahjar jarawhom il-habs milli c-cimiterju.

Taqbel li meta kaz idum ghaddej fil-Qorti ma tkunx qieghda ssir gustizzja specjalment meta persuna tkun lestiet programm ta’ riabilitazzjoni u snin wara jispicca l-habs?

Hemm diversi ragunijiet ghaliex kaz idum fil-Qorti u kull darba jigi diferit. Jista’ jkun minhabba xhieda importanti u jkun hemm okkazzjonijiet fejn it-tort ikun ta’ l-akkuzat stess ghax ibiddel l-Avukat aktar minn darba. Hemm sitwazzjonijiet ohrajn fejn akkuzat ikun xhud ukoll u ghalhekk il-kaz tieghu ma jkunx jista’ jinstema qabel l-iehor. Il-Pulizija m’ghandha ebda interess li ttawwal il-kaz ghax kwazi kuljum jidhlu kazi godda. Sfortunatament aktar ikollna kazi godda dehlin milli dawk li spiccaw u nghatat is-sentenza. B’hekk ix-xoghol dejjem jizdied.

Irid jinghad izda li xi hadd li jehel il-habs f’kaz li jdum ghaddej ma jkunx sempliciment pussess izda dan ikun kaz ta’ traffikar.

Huwa minnu li xhud ibiddel il-verzjoni li jkun ta lill-Pulizija ghax ikun gie mhedded u b’hekk qieghda tinghata l-impressjoni li l-huta z-zghira biss tinqabad?

Ha nibda mill-ahhar bicca. Mhu veru xejn li l-huta z-zghira biss tinqabad. Tista’ tinghata din l-impressjoni ghax l-iktar li jkun hawn huma kazi ta’ pussess ghas-semplici raguni li hawn aktar min jabbuza (users) milli traffikanti.

Dwar it-traffikanti hawn zewg tipi. Hawn it-traffikanti l-kbar u z-zghar li jissehju ‘street pushers’. Dan ta’ l-ahhar ikun juza hu stess u jbiegh id-droga biex ikun jista’ jixtri ghalih. Dawn aktar facli biex jinqabdu ghax dan jittrafika d-droga kuljum u allura jekk ma qbadnihx illum se naqbduh ghada jew pitghada.

Minn naha l-ohra t-traffikant il-kbir ma jgibx id-droga kuljum izda jgib kunsinna forsi darba fix-xahar b’hekk ic-cans li jinqabad dejjem jonqos. Barra minn hekk it-traffikanti l-kbar huma hafna akter intelligenti mill-ohrajn, ghandu aktar flus u hafna aktar metodi kif jopera.

Jien ma nhobbx nitkellem dwar il-passat u kemm qbadna imma rrid nara lil min se naqbdu minn dawn it-traffikanti l-kbar. Però din l-iskwadra kellha diversi successi fejn gew arrestati traffikanti mill-kbar. Minghajr ma nidhol fid-dettal irrid nghid li kien hemm kaz fl-2002 fejn ressaqna 19-il persuna b’konnessjoni ma’ kaz wiehed u wara aktar investigazzjonijiet ressaqna persuna ohra s-sena l-ohra. U dan hija persuna “gholja” fil-gerarkija tad-droga. U dan il-kaz ma waqafx hawn tant li rnexxielna nibnu kaz kontra persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienet ilha tibghat id-droga Malta minn qabel l-1995.

Kif qieghed tara mhux biss f’dan il-kaz qbadna lit-traffikanti li gabu d-droga lejn Malta, ittraffikaw id-droga izda rnexxielna wkoll narrestaw u ngibu Malta lill-persuna li kienet qieghda tissuplixxi d-droga ghal aktar minn 11-il sena lejn Malta. B’hekk kissirna sors tad-droga.

Saru allegazzjonijiet li t-traffikanti ghandhom l-ghajnuna minn persuni fl-awtoritajiet. Dawn l-allegazzjonijiet saru ghax ma jistghux jifhmu kif ma nistghux nikkontrollaw id-droga fi gzira zghira. Isir kontroll fuq persuni ghal mod ta’ hajja kif jghixu bhal ma huwa lussu ta’ djar, opri tal-bahar u lussu iehor?

Illum il-Korp tal-Pulizija ghandu taqsima li tinvestiga kazi ta’ hasil tal-flus u kieku kien hemm xi suspetti li xi hadd fl-awtoritajiet huma involuti, kieku investigajnihom. Jien minhiex Alla u ma nafx kollox. Però sa fejn naf jien ma nafx li hemm persuni fl-awtoritajiet li huma involuti u Allahares hemm.

Ikun hemm min jakkuzana, lilna l-Pulizija tad-Droga, li jkun hemm min ikun jaf minn qabel li l-Pulizija tkun se tirrejdja post. Dan mhux minnu ghax hafna drabi jien biss inkun naf u ghandi fiducja kbira fin-nies tieghi. Nassigurak li minn din l-iskwadra qatt ma kien hemm ‘leakage’ ta’ informazzjoni. Jekk bicca xoghol se tinhadem minn hamsa minn nies, huma dawk il-hamsa li se jkunu jafu u l-kumplament tat-Taqsima m’ghandix ghalfejn tkun taf. Naccertak li n-nies fid-Drug Squad huma maghzulin bir-reqqa.

Kaz tipiku huwa dak fejn konna nafu li kien gej pakkett minn barra minn Malta. Ghamilna xahar shih nistennew lil xi hadd biex jigbru. F’dan il-perjodu kollu hadd ma kien jaf hlief dawk li kienu qeghdin jahdmu fuq din il-bicca xoghol u l-ebda kelma ma harget minn din l-iskwadra u finalment inaqabad dak li kellu jigbor il-pakkett.

Dwar persuni li jghixu fil-lussu. Iva dawn l-affarijiet lilna jigbdulna l-attenzjoni. Imma hemm ukoll affarijiet ohrajn. Jista’ jkollok persuna li jkollha negozju u minn taht ikun ukoll involut fid-droga. L-impressjoni li tiehu hija li l-flus li ghandu gejjin min-negozju legali u mhux mid-droga u ghalhekk meta tarah b’xi karozza lussuza u jghix tajjeb tahseb li n-negozju tieghu qieghed jirrendi.

Allura ma tinvestigawx persuni bhal dawn?

Ftit ilu arrestajna wahda fl-4.00 a.m. fil-Gzira li kellha Lm13,500. Is-suspetti taghna huma li dawn l-eluf ta’ liri gejjin mid-droga ghax din qatt ma hadmet f’hajjitha u ghandha zewg karozzi. Din tressqet il-Qorti fuq akkuzi ta’ hasil tal-flus. Jekk ma jkollikx il-provi konkreti li persuna qieghda ssuq karozza lussuza u jghix fil-lussu minhabba d-droga, ma tistax tiehu passi kontrih jekk ma jkollux rabta kriminali.

Veru li f’Malta hawn suq tajjeb ghad-droga u li facli biex wiehed isib jixtri d-droga?

Li f’Malta hawn suq tajjeb ghad-droga huwa fatt ghax kieku ma jdahhlux id-droga.

Mela minn fejn gejja din id-droga kollha?

Malta hija gzira. Tidhol bil-bahar u mill-Ajruport. Ghalkemm pajjizna huwa zghir, il-kosta hija kbira. Bi ‘speedboat’ tidhol u hadd ma jinduna ghalkemm kellna kazi fejn dawn inqabdu wkoll.

Bil-bahar hija l-ikbar problema ghax dan filli jkun se jidhol f’post u f’daqqa wahda jbiddel ir-rotta u jidhol f’post iehor. La ahna u lanqas l-Armata ma nistghu nkunu kullimkien fl-istess hin. Biex din tigi melghuba trid Pulizija f’kull post 24 siegha kuljum u ddawwar il-kosta kollha. Impossibbli. Illum nadhmu b’dik imsejjha ‘intelligence’. Tasal informazzjoni li se tiddahhal id-droga u tahdem fuq dik l-informazzjoni. Bil-kwantità kbira ta’ jottijiet u opri ohrajn tal-bahar li jidhlu Malta, huwa impossibbli li twaqqaf lil kulhadd biex tara jekk dawn ghandhomx id-droga abbord.

L-istess bhall-passiggieri li jidhlu kemm bil-bahar kif ukoll bl-ajru. Ma tistax twaqqaf kull persuna li tidhol Malta. Lanqas jekk irridu ma nistghu naghmluha ghax irid ikollok suspett ragonevoli biex twaqqaf lil xi hadd u taghmillu tfittxija.

Fost dawk li jinqabdu fl-ajruport, temmen li jkun hemm minnhom li jkunu sagrifikati biex komplici ohrajn jibqghu ghaddejjin b’ammonti akbar ta’ droga li jkunu fuq l-istess titjiera?

Ma neskludi xejn ghax kollox huwa possibbli.

Gieli jkollna nformazzjoni dwar persuna li se tkun fuq dik it-titjiera li se ddahhal id-droga. Però gieli wkoll ikollna informazzjoni li diehla d-droga fuq titjiera specifika u mhux il-persuna. Fiz-zewg kazi noqghodu attenti fuq il-passiggieri kollha. Xorta wahda jkun hemm li minkejja s-sorveljanza stretta xorta tiddahhal id-droga ghax tkun fl-istonku tieghu.

Liema huwa dak il-pajjiz l-iktar li minnu tingieb id-droga lejn Malta?

Il-Libja, Tunez. Skond liema droga. Jekk niehdu l-eroina l-maggoranza huma Libjani. L-orgini tad-droga hija t-Turkija fejn minn Istanbul hemm zewg titjiriet fil-gimgha, it-Tnejn u l-Hamis izda mindu tnehhew is-sanzjonijiet fuq il-Libja u hemm titjiriet mit-Turkija lejn il-Libja, dawn jghaddu minn hemm lejn Malta, jew f’xi pajjiz fl-Ewropa bhal per ezempju Milan.

Qbadna droga li kienet gejja minn diversi pajjizi bhalma huma Londra, Amsterdam u anke Ruma.

La Malta tidhol fil-ftehim ta’ Shengen u allura passiggieri li jigu minn dawk il-pajjizi li huma fl-istess ftehim u jidhlu minghajr ebda kontroll ta’ xejn, se tiffacilità d-dhul tad-droga f’Malta?

La darba passiggier hareg minn pajjiz li jaghmel parti mix-Shengen, allura qabel dahal f’dak il-pajjiz suppost li gie ccekjat. Però meta jonqsu l-kontrolli x-xoghol se jsir aktar difficli. Bil-ftehim ta’ Shengen qisek se tmur Ghawdex jekk tkun sejjer f’pajjiz iehor tax-Shengen, bla ebda kontroll ta’ xejn.

Illum fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga m’hemmx Spettur mara?

Suppost ghandu jinfetah kors ta’ spetturi u nittama li jizdiedu l-ispetturi f’din l-iskwadra fosthom anke mara.

Appell liz-zghazagh.

Id-droga hija xi haga li tidhak bih. Taf ittik sensazzjoni posittiva izda rizultat finali huwa negattiv u tista’ tkun fatali. Dan ma jghoddx ghaz-zghazagh biss izda ghal kulhadd ta’ kull età.

Meta tkun zghir kollox huwa avventura imma d-droga mhix avventura.

L-aghar messagg li qieghed jinghata liz-zghazagh huwa meta naraw fuq it-televizjoni nies famuzi, bhal kantanti, atturi, plejers tal-futbol li jkunu drogati u jaghmlu l-programm ta’ riabilitazzjoni. Sfortunatament iz-zghazagh jahsbu li facli tohrog mid-droga meta fil-fatt mhu veru xejn.

 

mosta-police-12-08-07.jpg

Vann tal-klieb flok il-karozza tas-servizz

Vann li qabel kien jintuza mit-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija inghata, x’aktarx temporanjament lill-Pulizija tal-Mosta biex juzawh ghax-xoghol normali taghhom, wara li nhar il-Hamis il-karozza tas-servizz li tintuza mill-ufficjali zviluppatilha hsara u kellha tiddahhal fil-garaxx.

Il-vann Citroen (ritratt), li mhux addattat ghax-xoghol fid-Distrett u lanqas mhu ta’ dekor biex jingarru Supretendent u Spettur fuq xi bicca xoghol, qieghed johloq problemi akbar. Dan minhabba li dan il-vann ghandu zewg ‘seats’ biss quddiem u jekk il-Pulizija jintbaghtu fuq bicca xoghol u jkollhom jarrestaw lil xi hadd dan ma jistax isir ghax m’hemmx fejn jitpogga sakemm mhux qalb l-imbarazz li ghandu fil-kaxxa tieghu riservata ghall-klieb!

Periklu fiz-Zejtun, bil-ghatx u tluq mill-Korp

Wara r-rapport li deher nhar it-Tnejn, 30 ta’ Lulju 2007 dwar periklu fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ l Imsida, l-ghada stess inbeda x-xoghol fuq il-post. Dan gibed l-attenzjoni ta’ hafna nies li juzaw l-Ghassa tal-Pulizija taz-Zejtun li tinsab fi stat hazin u perikoluz ukoll. Pulizija f’certi ghases bil-ghatx u aktar membri tal-Korp jaghzlu li jitilqu.

L-Ghassa tal-Pulizija fiz-Zejtun

M’ghandekx ghalfejn tkun perit jew xi espert fil-bini biex tinduna li s-soqfa ta’ din l-ghassa huma perikoluzi. Dan il-periklu mhux biss ghall-Pulizija li jahdmu hemm 24 siegha kuljum izda anke ghall-pubbliku li jidhol f’din l-ghassa ghal diversi ragunijiet.

Sorsi li tkellmu mieghi qaluli li ftit taz-zmien ilu kien hemm avviz tal-MEPA imwahhal mal-faccata ta’ l-ghassa li kien se jsir xi xoghol izda dan l-avviz tnehha u x-xoghol baqa’ ma sarx b’konsegwenza li l-periklu baqa’ hemm.

Wara li kienu saru xi ilmenti, kienu ntbghatu jispezzjonaw il-post periti u ufficjali li dehru iduru minn kamra ghal ohra. Dawn instemghu anke jghaddu xi kummenti u jkemmxu xuftejhom. Innuttaw ukoll li mill-kantina titla’ riha tinten ta’ drenagg u ma gara xejn. Jidher li din is-sitwazzjoni ghadha l-istess b’mod specjali matul il-lejl meta l-Pulizija li jkunu xoghol qieghdin jigu invazati bin-nemus.

Sorsi qrib il-Kwartieri Generali tal-Pulizija qalulna li mhux l-ewwel darba li waslu ilmenti dwar din is-sitwazzjoni izda sfortunatament dawn l-ilmenti waqghu fuq widnejn torox.

“Tkun hasra li l-affarijiet jittrangaw biss wara li tkun sehhet xi tragedja. U jkun tard wisq li morru nibku lill-mejtin u dawk midrubin, u nithasru lill-familji taghhom u hafna teatrin ta’ solidarjetà meta jkun tard wisq”, qalulna s-sorsi.

Fl-ahharnett l-istess persuni li tkellmu mghna qalulna li meta jigu l-barranin dawn jittiehdu d-Depot, fejn kif jixraq ittranga u sebbah. Izda ghad hemm dik il-mentalità fid-Depot li l-Pulizija tad-Distrett ma jixraqilhomx li jahdmu f’ambjent dicenti.

Ilment iehor li wasal minn cittadini li gew bzonn il-Pulizija mill-Ghassa taz-Zejtun huwa li spiss qieghdin jispiccaw jistennew hin esagerat lill-Pulizija jmorru fuq il-post fejn ikunu msejhin. Dan qieghed jigri peress li f’din l-Ghassa l-Pulizija m’ghandhomx vettura disponibbli. Fil-fatt l-unika karozza tas-servizz li hemm hija dik li juza s-Supretendent. Ghaldaqstant jekk is-Supretendent ikun barra fuq xoghol, il-Pulizija jridu jittalbu biex jittiehdu fuq il-post minn ghases ohrajn u jinqdew kemm il-darba l-vettura ma tkunx qieghda tigi wzata.

Bil-ghatx

Fl-eqqel tas-sajf kulhadd ifittex xi haga x’jixrob. Sa ftit ilu f’certi ghases tal-Pulizija kien hemm kaxxi tal-luminata biex il-Pulizija jixtru xi flixkun luminata. Imma xi hadd stenna li tibda s-shana biex jikkastiga lill-Pulizija tad-Distrett billi ordna li minn certi ghases dawn il-kaxxi jitnehhew. Issa biex jixorbu xi haga l-Pulizija jridu jmorru jixtru minn barra l-Ghassa izda jekk jinqabdu mhux f’posthom minn xi ufficjal jehlu crime. Ir-riskju huwa ikbar wara s-7.00 p.m. meta l-hwienet ikunu maghluqin u l-Pulizija jmorru jixtru minn xi kazin jew bar u jidhru hafna koroh dehlin jew hergin minn xi kazin.

Awguri

Assistenti Kummissarji Paul Debattista u Manwel Cassar bhalissa jinsabu fuq it-Termination Leave u ghalhekk mhux se jkomplu jaghtu aktar is-servizz taghhom lejn il-Korp tal-Pulizija. Minn hawn nawguralhom u nirringrazzjahom minkejja li forsi fil-passat anke kienu fil-mira tal-kritika. Irrid nawgura wkoll lil madwar 60 membru iehor tal-Korp li fil-gimghat li gejjin se jispiccaw mill-Korp wara 25 sena servizz. Sfortunatament il-maggoranza taghhom se jitilqu ghax xejn ma kienu kuntenti bhal hafna membri ohrajn fil-Korp.

Bla aircondition, spiza biex jistudjaw u tbatija zejda

Bini gdid u sabih, units ta’ l-air condition kwazi f’kull ufficcju…imma ma jahdmux. Pulizija li jixtiequ jkomplu jistudjaw bi spiza kbira u iktar huma s-suggetti li se naraw il-lum.

Shana kbira

Il-bini fejn hemm it-Taqsima tal-Forensika nista’ facilment nghid li ghadu prattikament gdid. Dan kien, jew ghadu, armat b’units ta’ l-arja kundizzjonata li huma utli ghall-ufficjali tax-xena tar-reat fosthom anke ta’ l-Ispettur biex jahdmu fi ftit kumdità. Izda sfortunatament zviluppaw xi hsarat fic-chillers u meta bdiet is-shana u marru biex jintuzaw sabu li dawn ma jahdmux. X’gara minn dakinhar? Xejn ghax il-kaxxa hija vojta u msieken il-Pulizija tal-Forensika li bhal hafna Pulizija ohrajn ikollhom jahdmu fi shana tremenda.

Kors fil-kriminologija

Diversi Pulizija li, ghax huma dedikati, riedu li jkomplu javvanzaw fil-karriera applikaw biex jaghmlu kors fl-Università ta’ Malta fuq bazi part-time fil-Kriminologija. Sa ftit ilu dan il-kors kien jiswa’ Lm100 fis-sena u ghal min jiehdu part-time il-kors idum hames snin bi spiza ta’ Lm500. Hafna ma ddejqux ihalsu dawn il-flus ghax jafu li se jiswa’ ta’ gid ghalihom, ghall-Korp tal-Pulizija u fuq kollox ghal-poplu Malti.

Izda meta dawn marru biex japplikaw fl-Universita’ ta’ Malta, wara li halsu Lm10 fil-bank, sabu ma’ wicchom minghajr ebda pre-avviz ta’ xejn li dan il-kors minn Lm100 sar Lm250 ghal total ta’ Lm1,250 minflok Lm500 – zieda ta’ 125%.

Hafna nghataw parir biex jiehdu l-istess kors f’Università barra minn Malta permezz tal-korrispondenza liema università hija rinomata ferm aktar minn dik ta’ Malta u bi prezz ferm orhos.

Tbatija zejda

Din hija parti zghira minn e-mail li rcevejt u gejt mitlub naqsam dawn il-hsibijiet maghkom.

“Filwaqt li d-Distretti tal-Pulizija huma neqsin mis-surgenti, fil-Police Day saret il-farsa tas-sena meta saru madwar 35 surgent minn iktar minn 80 li ghamlu l-kors b’success u bl-ghageb ta’ kulhadd dawn intbaghtu kwazi kollha fejn kienu u cioè fis-sezzjonijiet fid-Depot. Jaf il-Kummissarju tal-Pulizija li d-Distrett 9 li jinkludi l-Qawra gieli jkun imlahhaq minn surgent wahdu? Jaf li d-Distrett ta’ Ghwdex kollu hafna drabi, specjalment fi tmiem il-gimgha, minhabba l-festi ukoll ikun hemm surgent wiehed biss? Jaf li ghalkemm jinsisti li l-ghassa ta’ l-Ghadira ma’ tinaghlaqx hafna ghases specjalment dawk f’Ghawdex prattikament ma’ jinfethu qatt? Tghid l-ghassa tal-Ghadira qed tinfetah ghax-“show” biss ghax l-anqas ‘first aid box’ sura ta’ nies ma fiha. Jaf il-Kummissarju li hafna mill-Pulizija li saru f’dawn l-ahhar zewg reklutaggi lanqas rapport sura ta’ nies ma’ jistghu jiehdu ghax m’ghandhomx password ghas-sistema tal-PIRS? Taf l-Amministrazzjoni tal-Korp milli liema tbatija jghaddu l-Pulizija Ghawdxin stazzjonati Malta meta bejn xift u iehor qed ikollhom jorqdu u jaghmlu uzu minn akkomodazzjoni mhux adekwata fl-ghases apparti l-fatt li meta jkollhom it-tahrig huma kostretti li jitilghu Malta mal-vapur tas-6.00 a.m? B’hekk iridu jqumu fil-5.00 a.m., jirritornaw id-dar mal-vapur tas-1.30 p.m., jergghu jitilghu Malta mal-vapur tas-7.30 p.m. u jahdmu x-xift ta’ bil-lejl sal-5 a.m. ta’ l-ghada.Taf l-amministrazzjoni li barra l-hafna spejjez zejda dawn il-Pulizija qed ikunu mentalment u fizikament mhux f’sahhithom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom?

l-ghassa-msida-26-07-07.jpg

Periklu ghall-pubbliku…. imma mhux ghall-Pulizija

Illum kulhadd sema’ bl-espressjoni ‘Only in Malta’. U jekk ma tarax kwazi lanqas temmen. L-Ghassa tal-Pulizija ta’ l-Imsida ddawret minn barrikati minhabba li l-kolonni, is-saqaf tal-parapett u partijiet ohrajn ta’ l-Ghassa huma kkundannati u fi stat ta’ periklu ghan-nies….imma l-Pulizija mhumiex nies?

Biex ma ngibux lill-Pulizija fl-inkwiet evitajna li nidhlu ahna fl-Ghassa u nistaqsu lill-Pulizija ghaliex kien hemm il-barrikati mad-dawra kollha ta’ l-Ghassa. zewg persuni li tlabnihom jidhlu jistaqsu qalulhom biex il-pubbliku jkun protett ghax hemm periklu u kull min jidhol fl-Ghassa qieghed jaghmel hekk b’riskju personali.

It-Torca tkellmet ma’ diversi ufficjali fid-Depot tal-Pulizija li b’mod mhux ufficjali kkonfermaw li l-Ghassa ta’ l-Imsida ilha zmien twil f’periklu fejn huma evidenti x-xorok ta’ barra li jidhru li qieghdin icedu ftit ftit. Fil-fatt biex jinheba dan id-difett din il-parti hija mghottija b’carruta hadra. Izda billi ma setghux jaghtu l-ghassa kollha, din giet imdawra bil-barrikati u b’tabella li tghid “Pulizija – Tidholx”.

Jidher li filwaqt li, kif inhu xieraq, il-pubbliku qieghed ikun protett mill-periklu, mhux l-istess ghall-Pulizija li jahdmu f’din l-Ghassa 24 siegha kuljum. Imma dawn mhumiex nies u m’ghandhomx familji d-dar jistennew li jirritornaw qawwijin u shah. ONLY IN MALTA – fl-Unjoni Ewropea?

Pulizija spiccaw ‘punching bags’

Din il-gimgha kien hemm diversi kazi fil-Qorti ta’ persuni li attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija, smajt dwar Spetturi jlehhqu diversi Distretti, l-gharaq tal-Pulizija u iktar

Punching bags

Mhux se niddefendi l-ebda vjolenza li tigi minn naha tal-Pulizija. Però lanqas huwa sewwa li ghax dawk li mhumiex nies qieghdin jaggredixxu lill-Pulizija ghax jafu li jekk membru tal-Korp jerfa’ jdejh anke biex jiddefendi ruhu jsib min johrog jghajjat bi vjolenza minn naha tal-Pulizija.

Matul dawn l-ahhar xhur diversi persuni tressqu l-Qorti minhabba li wzaw vjolenza fuq membri tal-Korp. Izda li kieku l-membri tal-Korp jithallew jiddefendu ruhhom kif suppost minghajr ma jittiehdu passi kontra taghhom ma jkomplux iservu ta’ ‘punching bags’ kull darba li l-Pulizija jmorru jaqdu dmirhom.

Spetturi nieqsin

Kultant nitfixkel f’liema Distrett inkun meta niltaqa’ ma’ Spettur fuq xi kaz. Rajt Spettur tat-3 Distrett ilehhaq ma’ l-1 Distrett, ta’ 9 Distrett ilehhaq mat-8 Distrett u ohrajn li tfixkilt li kienu.

Possibli allura li l-Ispetturi tad-Distrett biss iridu jlehhqu max-xoghol kollu. Jekk hemm nuqqas ta’ ufficjali allura x’qed jistenna l-Korp biex isolvi din il-problema.

Is-shana tirredikola lill-Pulizija

Dan l-ahhar qatt rajtu lill-Pulizija tal-Mobile hergin mill-karozza Ford Focus specjalment filghodu? Tal-misthija. Karozzi li suppost gew armati bl-aircondition kif jixirqu lil kull Korp tal-Pulizija serju u mhux talli dawn il-Pulizija qieghdin iqattghu sieghat twal iduru fix-xemx, izda ara ma jinqabdux minghajr il-beritta f’dik il-kaxxa tal-landa tahraq minghajr beritta ghax jehlu crime.

U la qieghdin insemmu l-uniformijiet mimlijin gharaq….. x’sar minnhom it-T-Shirts il-bojod ghal dawk il-Pulizija li jkunu patrol mal-bajjiet? Baqghu ma waslux?

L-Akkademja

Ghaddew gimghatejn mindu ktibt dwar l-Akkademja tal-Pulizija u dawk li jkunu ordnati darbtejn fix-xahar biex imorru “ghat-tahrig”. Mhux talli ghadhom ma jistghux jixtru flixkun ilma mill-canteen jew li jithallew jinhaslu wara girja u tahrig fil-gym, izda minkejja s-shana tremenda l-fannijiet li hemm imwahlin mas-saqaf ma jinxtelux.

U dwar dan it-tahrig li l-Pulizija qieghdin ikunu ordnati biex imorru darbtejn fix-xahar qabel ix-xift ta’ bil-lejl, ghaliex fil-hin liberu tal-Pulizija u mhux waqt il-hin tax-xoghol meta t-tahrig li qieghed isir huwa biex il-Korp ikollu Pulizija ahjar?

Bla paga minhabba inkjesta u bla hlas ghax bla flus

Zewg membri tal-Korp tal-Pulizija ilhom xhur bla paga minhabba inkjesta li ghadha ma tlestietx filwaqt li Pulizija ohrajn ilhom kwazi sena ma jithallsu ta’ xoghol extra ghax ma hemmx flus.

Bla paga

Il-kaz ta’ l-isparatura f’Hal Qormi kulhadd sema’ bih fejn zewg membri tal-Korp tal-Pulizija allegatament kienu kostretti jisparaw fuq persuna li allegatament attakathom b’mus. Dawn il-Pulizija kellhom jinghataw il-kura medika kemm ghal xi griehi li sofrew kif ukoll psikologikament wara t-trawma li ghaddew minnha. Ghaldaqstant kellhom johorgu bis-sick leave u thallew barra sakemm l-inkjesta tkun konkluza. Li gara huwa li minhabba t-tul li qed tiehu l-inkjesta dawn iz-zewg membri tal-Korp ilhom mill-bidu ta’ Mejju minghajr ebda paga ghalkemm il-kontijiet xorta iridu jithalsu kull xahar.

… u bla hlas ta’ l-extra

Dawk il-Pulizija li jahdmu l-extra ma’ ta’ l-I.D. cards l-ahhar li thallsu kien f’Awissu 2006 – kwazi sena ilu. Sorsi qrib l-ufficcju ta’ l-Accounts qaluli li bejniethom ghandhom jiehdu madwar Lm20,000. Qaluli wkoll li minhabba li d-dokument tal-vot qed jitqassam bil-posta, il-Gvern naqqas il-vot b’konsegwenza li flus ma hemmx bizzejjed ghalkemm il-flus li nghataw suppost ikopru ghax-xoghol extra. Mela fejn marru l-flus li l-Ministeru tal-Finanzi ghadda lill-Korp biex jithallsu lill-Pulizija ghax-xoghol extra ma’ ta’ l-I.D. cards?

Is-Surgent Maggur Garzia

Proset tassew lis-Surgent Maggur Saviour Garzia ghall-professjonalità li wera dan l-ahhar fil-Qorti meta ghamilha ta’ interpretu biex persuni Germanizi setghu isegwu l-proceduri. Il-Germaniz tal-Maggur huwa impekkabbli. U ghalhekk nixtieq nistaqsi jekk hux veru dak li qalulna xi persuni li jafu sew lill-Maggur Garzia, li kien hemm min qallu li huwa over qualified biex ikun Spettur? Qed nistaqsi biss!

Il-Kaptan George Abela tal-FAM

Mhux l-ewwel li semmejt lill-Kaptan George Abela dwar il-hatra tieghu. Nhar it-Tnejn li ghadda harget b’mod ufficjali l-hatra tal-Kaptan Abela bhala Ajjutant fit-Taqsima ta’ l-Ajru b’effett mill-25 ta’ April 2007. Proset lill-Kaptan Abela u lill-Brigadier Carm Vassallo li hareg il-hatra.

…. u ohrajn li nzammu

Jista’ l-Maggur responsabbli mir-Raba’ Regiment jispjega ghaliex ir-rizultati tal-Junior NCO’s ghadu ma harighomx? Dan il-kors bdewh fil-5 ta’ Marzu u spicca fit-3 ta’ April.

L-Akkademja, ghases u iktar

Ghalkemm l-Akkademja tal-Pulizija, li tinsab fil-Forti Sant’ iermu fil-Belt, hija tal-Korp tal-Pulizija, jidher li ghal xi raguni mhux kulhadd ghandu l-istess privileggi. Dwar certi ghases tal-Pulizija ghad hawn minnhom li minkejja ghaddew kwazi 200 sena dawn ghadhom ferm lura.

L-Akkademja

Il-pariri tat-tobba u specjalisti huma cari daqs il-kristall -”Evitaw ix-xemx ta’ filghodu”. Izda hemm min jahseb li l-Pulizija huma xi robots. Bhal ma jafu hafna qabel ma l-Pulizija jidhlu ghax-xift ta’ bil-lejl, dakinhar stess filghodu jattendu ghal tahrig fl-Akkademja. Dan huwa tajjeb…. sa fejn huwa tajjeb! Izda li fl-10.00 a.m. fil-qilla tax-xemx dawn il-Pulizija jridu jaghmlu girja mhux hazin forsi din mhux ghal kulhadd hija tajba anzi f’dik ix-xemx ghal hadd mhi tajba.

Izda l-ilment lanqas huwa dan. Dawnil-Pulizijakif jaslu lura l-Akkademja qieghdin isibu li l-canteen ikun imsakkar ghax dan il-canteen li hemm fl-Akkademja mhux ghal kulhadd. Dawk li llmentaw qaluli li huma mhumiex jitolbu li jinghataw l-ilma b’xejn izda jridu li jixtruh izda kull darba li staqsew qalulhom li l-canteen huwa “out of bounds” ghalihom.

Kien hemm min qalli wkoll li lanqas shower ma jithallew jiehdu, ghalkemm l-istess sorsi qieghdin jghidu li ma jafux jekk hemmx showers sura ta’ nies fl-Akkademja. U la qieghed fuq is-suggett ta’ l-Akkademja, ma tkunx idea hazina li tinghata tindifa wahda sew. Niftakar meta dan il-post kien jitmexxa minn ufficjal ta’ l-affari tieghu, sahansitra anke l-Parade Ground kienet sagra. Imma dak kien zmien iehor.

Ghases minsijin

Kull meta tasal il-Police Week biex fit-12 ta’ Lulju tigi ccelebrata l-Police Day, certi ghases jitnaddfu u anek forsi tinghata tilqita zebgha biex jinfethu ghall-pubbliku. Ma nissugrax insemmi ghases partikolari ghax nibza li jittiehdu passi dixxiplinari kontra kulhadd.

Dan l-ahhar mort personalment f’xi ghases u kif tidhol mill-bieb ta’ barra l-ewwel ma tolqtok hija r-riha ta’ gharaq li xejn mhi pjacevoli. Ma rridx ninsinwa li l-Pulizija ma jinhaslux imma tant kien hemm shana li ftit minuti f’dawn l-ghases timtela’ bl-gharaq ahseb u ara gurnata shiha. Dan minhabba li minkejja li ghaddew 193 sena mit-twaqqif tal-Korp, ilna tliet snin fl-UE u qbizna nofs is-sena 2007 ghad hawn ghases tal-Pulizija minghajr aircondition.

Tal-misthija tidhol f’ghassa u kif jersaq Pulizija tara li l-qmis ta’ l-uniformi fuq wara imtebba bl-gharaq. Din fuq Pulizija ragel hija kerha hafna imma hija wisq aghar fuq Pulizija mara ghal diversi ragunijiet.

Nuqqas ta’ Pulizija

Habib tieghi li joqghod il-Kalkara gie bzonn il-Pulizija u cempel l-ghassa ta’ Bormla. irrispondietu l-Orderly li bl-edukazzjoni kollha hadet id-dettalji u semghet dak kollu li kellu xi jghid. Izda ma setghetx tibghatlu Pulizija d-dar tieghu ghax kull ma kien hemm xoghol fid-Distrett kienu hi fl-ghassa tirrispondi t-telefon, is-Surgent u Kuntistabbli li dak il-hin kienu barra fuq bicca xoghol. U l-habib tieghi ghamel bhal Mawmettu li la l-muntanja ma marritx ghandu……..

Dakinhar, u bhal hafna granet ohrajn, l-ghases ta’ l-Isla, Kalkara u Birgu kienu maghluqin ghax il-Pulizija kienu ordnati f’postijiet ohrajn.

Bla sireni

Meta xi hadd se jirrealizza li karozza tal-Pulizija bla sirena ma taghmilx sens. Meta se nindunaw li sirena hija utli hafna u li tista’ anke ssalva hajja ta’ bniedem. Ghad hemm karozzi tal-Pulizija fid-Distrett li jew m’ghandhomx sireni jew is-sirena gratilha l-hsara u ma hemmx flus biex titranga.

Imma l-horn jahdem u l-Pulizija meta jmorru fuq xi urgenza qishom sejrin jew gejjin minn xi xalata wara l-festa.

Is-Surgenti

Ghadda sibt iehor u x-xniegha li se jinhatru s-Surgenti l-godda ghaddiet. Fejn spiccaw ir-rizultati tal-Kuntistabblijiet li ghamlu l-ezami u l-interviews ghal surgenti? F’liema kexxun intefghu u ntesew?

Jiktibli l-Kaptan Abela tal-FAM

“Qieghed nikteb din in-nota b’referenza ghaz-zewg artikli li dehru fuq it-Torca li bihom jien ksibt hafna popolarita’ sewda minhabba li ssemmejt kemm-il darba (Mill-Forzi ta’ l-Ordni – 13 ta’ Mejju u 17 ta’ Gunju). Nixtieq inkun car, jien la qatt ktibt u lanqas talbt lil xi hadd jikteb dawn fuq xi gazzetta. Nafu li dawn l-affarijiet mhux suppost li jsiru jekk tkun fil-militar. Kaptan George Abela, FAM”

Lill-Kaptan Abela nassigurah li l-informazzjoni waslitli minghand persuni li jirrispettawh u li jixtiequlu l-gid u mhux biex jarawh maqful f’xi ufficcju minflok itajjar ajruplan tal-FAM kif inhi l-professjoni tieghu. Anzi ninsab perswaz li l-Kaptan Abela se jibqa’ jkun utli hafna kemm fil-kariga gdida tieghu kif ukoll bhala pilota prim. U minn hawn nawguralu.

maj-mark-said.jpg 

Jittranga zball fil-FAM….wara li gbidnilhom l-attenzjoni?

 Niehu pjacir hafna meta kritika li naghmel minn din il-kolonna mhux biss ma ttitiehidx personali izda tant tittiehed bis-serjetà li l-affarijiet jittrangaw.

Il-Maggur Mark Said

Fit-13 ta’ Mejju kont gbidt l-attenzjoni li meta f’Ottubru saret ir-riorganizzajoni fil-FAM bi zvista thallew barra l-Maggur Mark Said li suppost huwa t-Tieni fil-Kmand u lill-Kaptan George Abela li suppost huwa l-Ajjutant. Kont ktibt li nemmen li l-Maggur Said u l-Kaptan Abela ma nghatawx l-appointment bi zvista u li fil-jiem li gejjin l-Armata tirrispondini tikkonferma li Said u Abela nghataw dak li huwa taghhom.

Nhar it-Tlieta, 12 ta’ Gunju waslitli l-ahbar li l-Maggur Said inghata l-appointment dakinhar b’effett mill-11 ta’ Jannar. Proset tassew hekk titlob l-irgulija.

Izda ejjew ma ninsewx lill-Kaptan George Abela sinjuri.

U x’jghaddu mill-VRT?

“Ghamel dak li nghid jien u mhux dak li naghmel jien”. Din is-sentenza tghodd hafna ghall-Korp tal-Pulizija. Fit-Taqsima tas-Snajja hemm vann Escort bin-numru GVP204.

Ir-raguni li se nsemmi lista ta’ perikli li ghandu dan il-vann sempliciment biex jittiehdu l-prekawzzjonijiet qabel ikun tard wisq.Ha nibda. L-art tal-vann (floorboard) ma tezistix u minflok hemm bicca triply x’aktarx xi bieba ta’ cupboard antik b’konsegwenza li jekk jigri xi haga dawk li jkunu fil-vann se jispiccaw saqajhom litteralment taht il-vann. Minhabba f’hekk id-dhahen kollha jidhlu fil-vann. L-ewwel gear (il-first) ma jidholx. Il-bieba ta’ wara ma tinghalaqx u….lesti ghal din? Tinzamm maghluqa b’habel li jintrabat mal-handbrejk. Seat belts ma’ jezistux. Biex jitattew xi difetti ohrajn, bhal toqob kbar, inharget ordni biex jimlewhom bil-karti, balla hard metal u tilqita zebgha fuq kollox.

L-istess taqsima ghandha wkoll karozza Kia Pride (GVP125). Il-molol ta’ wara ilhom li spicacw, ir-reverse mhux tajjeb u s-seat ta’ wara ma jzommx u ma kull l-icken skoss jaqa’ kura, jigifieri kwazi dejjem jaqa’.

Izda forsi l-iktar wahda tal-biki, ghax ma tantx hemm min qieghed jidhak, hija r-Range Rover li nxtrat mid-Dwana b’hafna ghagla. Min ma jixtri din il-vettura ovvjament li ma jifhem xejn fil-karozzi. L-iktar li jifhem forsi li jirkeb fihom u jsib min iwasslu. Meta din ir-Range Rover inxtrat u thalset, ittiehdet il-garaxx u meta xi hadd fetah il-bonnet induna li din kellha makna ta’ Mini Minor.

Illum din ir-Range Rover tinsab mitluqa.  

« Previous PageNext Page »

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.