Hold-up


Hallelin jergghu jippozaw ta’ haddiema tal-Enemalta

Ghal darb’ohra hallelin ippozaw ta’ haddiema tal-Enemalta biex wettqu ‘hold-up’ fuq anzjana ta’ 61 sena, ghalkemm din id-darba jidher li ma ntuzawx armi. B’dan l-24 ‘hold-up’ tas-sena, digà saru ‘hold-ups’ daqs is-sena l-ohra kollha.

Nhar il-Hamis ghal xi s-7.00 a.m. Helen Muscat, li toqghod fi Triq il-Papa Urbanu VIII f’Birkirkara kantuniera ma’ Triq il-Kbira li taghmel ma’ Hal Balzan, semghet il-bieb ta’ barra jhabbat u meta ttawlet rat zewg irgiel lebsin elmu isfar, li qalulha li kienu tad-dawl (Enemalta). Dak il-hin fid-dar reqdin kien hemm zewgt uliedha, Svetlik ta’ 25 sena u Maria Adelisa ta’ 20 sena.

Sakemm il-mara nizlet tiftah, il-hallelin ghattew wicchom bil-balaklavi u kif Muscat fethet il-bieb wiehed minnhom imbuttaha u xehitha mal-art. Filwaqt li wiehed mill-hallelin telgha fuq iqalleb fil-kamra tas-sodda, l-iehor baqa’ ghassa mal-mara u heddidha biex ma tghajjatx.

Kien l-inbieh tal-kelb tal-familja li qajjem lit-tfajla li kif rat lill-hallelin bdiet tghajjat ghall-ajjut. L-ghajjat ta’ Maria Adelisa li bezza’ lill-hallelin li harbu minn fuq il-post u dehru jaharbu b’karozza. Izda l-halliel li tela’ jisraq mill-kamra tas-sodda lahaq hataf xi oggetti tad-deheb fosthom crieket u gizirana li l-valur taghhom mhux maghruf.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Nikolai Sant kif ukoll dawk tad-DIK immexxija mill-Ispettur Ramon Cassar. B’dan il-‘hold-up’ giet informata l-Magistrat Dr Miriam Hayman, li ordnat inkjesta u hatret l-esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Advertisements

Serqu aktar minn €7,000 f’inqas minn zewg minuti

hold-up-paola-21-04-09Tliet hallelin wettqu ‘hold-up’ iehor fuq stabbilment tal-loghob fejn f’inqas minn zewg minuti serqu flus u mowbajls. Issa qed ikompli jidher bic-car li dawn il-hwienet tal-loghob saru mira facli ghall-hallelin tant li mindu bdew jifthu madwar Malta digà saru disa’ ‘hold-ups’ li nafu bihom ahna.

L-ahhar kaz sehh nhar it-Tnejn ghal habta tal-11.20 p.m. meta t-tliet hallelin, b’wicchom mghotti bil-balaklavi, libsin ingwanti skuri u wiehed minnhom armat b’senter, dahlu fl-istabbiliment ‘Fair Play’ li jinsab fi Pjazza Antoine De Paule f’Rahal Gdid. Dak il-hin fil-lokal kien hemm Jean Paul Vella ta’ 21 sena minn Hal Qormi, li huwa impjegat fil-post, u zewg klijenti – mara ta’ 47 sena mill-Gudja u ragel u ta’ 45 sena ukoll mill-Gudja.

Kif il-hallelin dahlu fl-istabbilment wiehed minnhom baqa’ hdejn il-bieb bis-senter f’idejh ghassa filwaqt li t-tnejn l-ohrajn marru direttament fuq Vella li kien mal-‘cash’ u ordnawlu biex jiftah is-safe li wiehed mill-hallelin kien jaf ezatt fejn qieghed. Mis-safe serqu ftit inqas minn €7,200 u bdew hergin ’il barra. Izda qabel harbu dak li kien ghassa mal-bieb u armat bis-senter, qal lil shabu biex jiehdu l-mowbajls ta’ Vella u taz-zewg klijenti biex ma jkunux jistghu icemplu lill-Pulizija. Kif hargu mill-hanut, il-hallelin grew fuq l-istess bankina fid-direzzjoni tal-pjazza u daru mal-ewwel kantuniera fi Triq Sammat fejn kien hemm karozza tistennihom u harbu b’velocità eccessiva.

Ftit tal-hin wara gew informati l-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid immexxija mill-Ispettur Spiridione Zammit u s-Surgent Conrad Ellul. Aktar tard mar ukoll l-Ispettur Anthony Portelli mid-DIK. Il-Maniger ta’ ‘Fair Play’, Kenneth Fenech ta’ 29 sena minn Birkirkara, ukoll mar fuq il-post. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li ghamlu l-Pulizija irrizulta li fl-inhawi hemm zewg hwienet fil-qrib li ghandhom cameras tas-sigurtà. Il-bierah filghodu, hekk kif dawn fethu ghan-negozju, il-Pulizija elevaw il-filmati ghal aktar stharrig.

Ghalkemm hadd mit-tliet vittmi ma sofra ebda griehi, il-mara li kienet fl-istabbiliment tal-loghob giet ezaminata minn tabib fic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid stess minhabba xokk li kellha fuqha.

B’dan il-‘hold-up’ giet informata l-Magistrat Dr Doreen Clarke li ordnat inkjesta u hatret lil Dr Joe Mifsud bhala espert tal-Qorti u lil Martin Bajada biex jezamina l-filmati migbudin mill-cameras tas-sigurtà flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Dan kien it-23 ‘hold-up’ din is-sena, wiehed biss inqas li saru fi 12-il xahar is-sena l-ohra kollha. Minn Dicembru 2007 sal-bierah saru disa’  ‘hold-ups’ fuq stabbilmenti tal-loghob. Fl-2007 gew irrapportati tlieta – fil-Mosta, Hamrun, Gzira u Birkirkara. Fl-2008 gew irrapportati tnejn – f’Haz-Zabbar u Gzira filwaqt li din is-sena digà saru tlieta – f’Birkirkara, Marsa u Rahal Gdid li sehhew kollha dan ix-xahar. 

Hanut tal-loghob jerga’ jkun il-mira tal-hallelin

Zewg ‘hold-ups’ ohrajn u f’inqas minn erba’ xhur inkunu nlhaqna l-ammont ta’ ‘hold-ups’ li sehhew fi 12-il xahar is-sena l-ohra. Filfatt nhar il-Hadd sehh it-22 ‘hold-up’ meta s-sena l-ohra b’kollox kellna 24 kaz li nafu bihom ahna.

L-ahhar serqa bl-armi saret il-Hadd ghal habta tal-11.10 p.m. mill-istabbiliment ‘Play Line’ li jinsab fi Triq il-Marsa fil-Marsa. Dak il-hin fil-post kien hemm Joseph Grech ta’ 48 sena minn Birkirkara flimkien ma’ klijent ta’ 27 sena mill-Hamrun li kien qed jilghab fuq wahda mill-kaxxi.

F’daqqa wahda dahlu zewg hallelin b’wicchom mghammad u wiehed minnhom armat b’senter ta’ kanna wahda u ssegat li marru fuq Grech li ordnalu jtih il-flus kollha filwaqt li beda jheddu bl-arma tan-nar. Grech ma kellux ghazla u tah madwar €720 li kellu fil-but u li kienu d-dhul tal-gurnata. Izda minkejja dan il-hallelin xorta baqghu jinsistu ghal aktar flus imma meta raw li Grech ma kellux izjed harbu minn fuq il-post.

Kif gew informati l-Pulizija marru fl-istabbiliment dawk tad-Distrett immexxija mis-Surgent David Portelli fejn tkellmu kemm ma’ Grech kif ukoll mal-klijent. B’dan il-‘hold-up’ gew informati l-Ispetturi Ramon Mercieca tad-Distrett u Keith Arnaud mid-DIK li bdew jinvestigaw dan ir-reat. Minhabba li l-lokal huwa armat bil-camera tas-sigurtà, il-filmati gew elevati.

Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Anthony Vella, ordna inkjesta u hatar lil Emanuel Camilleri u lil Martin Bajada bhala esperti tal-Qorti bl-ahhar wiehed biex jezamina l-filmati. Fuq il-post marru ukoll l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

 

Tifthu l-bieb lil hadd li ma tafux – ufficjal tal-Pulizija

Ftit iktar minn 15-il siegha wara ‘hold-up’ armat li fih gew sparati sitt tiri, rega’ sehh ‘hold-up’ iehor fejn ukoll intuzat arma tan-nar din id-darba fuq mara li kienet id-dar taghha. Ufficjal tal-Pulizija qalilna biex inwasslu messagg biex il-bieb ta’ barra ma jinfetahx ghal persuni li ma nkunux nafu min huma. Sadanittant il-Pulizija arrestat zaghzugh iehor b’konnessjoni mal-‘hold-up’ ta’ nhar it-Tnejn f’Birkirkara.

Il-bierah, it-Tlieta, ghal habta tad-9.30 a.m. mara ta’ 46 sena li toqghod fi Triq Brittanija fil-Mosta semghet il-bieb ta’ barra jhabbat u marret tara min kien hemm. Dak il-hin il-mara kienet wehdiha d-dar. Kif fethet sabet ma’ wiccha zewg irgiel fejn wiehed minnhom ipponta pistola ma’ ghonq il-mara u mbuttaha ’l gewwa filwaqt li bdew jhedduha ordnawlha biex tatihom il-flus kollha li kellha.

Il-mara giet sfurzata lejn il-kamra tas-sodda fejn jidher li l-hallelin kienu jafu li hemm is-safe. Mhedda bil-pistola, il-mara kellha tiftah is-safe minn fejn il-kriminali serqu madwar €11,000 fi flus. Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta mmexxija mis-Surgent Alfred Abela li minn naha tieghu informa lill-Ispettur Therese Sciberras.

B’dan il-21 ‘hold-up’ mill-bidu ta’ din is-sena gie informat il-Magistrat Dr Giovanni Grixti li ordna inkjesta u hatar xi esperti tal-Qorti. Ufficjal tal-Pulizija qalli li wasalna fi zmien li jekk il-persuna li thabbatlek il-bieb ma tkunx taf minhi, ma tissugrax tiftah.

“Illum darek m’ghadix il-kastell tieghek. Jien tal-parir li jekk min ihabbatlek il-bieb ma tkunx tafu, tiftahx mill-ewwel”, wissa dan l-ufficjal.

Sadanittant l-investigaturi li qed jistharrgu l-‘hold-up’ li sehh nhar it-Tnejn fuq sid il-hanut ‘Seven’ fi Triq Psaila Birkirkara fejn gew sparati sitt tiri, ghadhom qed izommu z-zaghzugh ta’ 23 sena minn Bormla ghal aktar stharrig. Huwa mifhum ukoll li minn aktar stharrig il-Pulizija arrestat zaghzugh iehor ta’ 24 sena x’aktarx ukoll minn Bormla.

Kien il-gurnal l-orizzont u dan is-sit elettroniku li zvela li hallelin ma waqfux quddiem il-hanut bil-karozza Hyundai Accent imma li din thalliet ipparkjata fi Triq Wignacourt biex tkunx innotata. Zvelajt ukoll li meta l-halliel harab minn fuq il-post u l-vittma, Charles Zammit, gera warajh u sparalu hames tiri, deher jidhol fil-karozza u wara mar jaghmel rapport fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Imsida. Huwa qal lill-Pulizija li kien dahallu wiehed mghammad u armat u heddu biex isuq lejn il-Wied tal-Imsida fejn wara hareg mill-vettura.

Minn aktar investigazzonijiet, li damu sejrin sas-sieghat bikrin tat-Tlieta filghodu, l-Ispettur Keith Arnaud mid-DIK u l-Ispettur Kevin Farrugia tad-Distrett, waslu biex ghamlu arrest iehor ta’ zaghzugh ta’ 24 sena x’aktarx minn Bormla ukoll.

Iz-zewg zghazagh ittiehdulhom kampjuni tal-Gun Shot Residue (GSR) biex ikun determinat minn minnhom spara lejn Zammit.

Il-Pulizija ghamlet ukoll tfittxija ghall-arma kif ukoll ghal-laptop u l-mobajls li nsterqu waqt dan il-‘hold-up’ izda jidher li dawn ghadhom ma nstabux.

F’dan il-‘hold-up’ is-sid tal-hanut ‘Seven’, Charles Zammit ta’ 27 sena minn Birkirkara intlaqat minn bullit fi drieghu x-xellugija izda b’xorti tajba ma sofra ebda griehi gravi.

Sid ta’ hanut jintlaqat fi drieghu

Halliel spara sitt tiri fid-direzzjoni ta’ sid ta’ hanut wara li kien ghadu kif ghamel ‘hold-up’ fuqu. Is-sid, Charles Zammit ta’ 27 sena minn Birkirkara ntlaqat b’tir fi drieghu x-xellugija. Jidher li l-allegat halliel mar ghand il-Pulizija biex jirrapporta reat li sar fuqu b’konnessjoni ma’ dan il-‘hold-up’.

hold-up-bkara1Il-kaz sehh nhar it-Tnejn ghall-habta tas-6.20 p.m. fil-hanut “Seven” li jbiegh mobajls u apparat iehor tal-Hi-Fi u li jinsab fi Triq Psaila. Dak il-hin Zammit kien wahdu meta dahal ragel b’wiccu mghammad u armat b’pistola. Kif il-halliel dahal fil-hanut ordna lil Zammit itih il-flus izda jidher li sid il-hanut irrezista u l-kriminal spara tir li b’xorti tajba ma laqatx lil Zammit. Meta l-halliel ra li ma kienx se jiehu l-flus, hataf laptop u xi mobajls u harab minn fuq il-post b’Zammit jigri warajh.
Kif dahru lejn Triq Wignacourt, il-halliel kompla jispara bl-addocc fejn laqat b’tir wiehed lil Zammit fi drieghu x-xellugija bil-balla tibqa’ mwahhla fuq wara ta’ drieghu. Jidher li l-kriminal ma kompliex jispara peress li l-arma tiehu sitt bullits li gew sparati kollha.

Il-halliel deher jidhol f’karozza Hyundai Accent hadra u harab minn fuq il-post. Ferut u b’xokk fuqu, Charles Zammit mar lura lejn il-hanut tieghu. Minn hemm il-halliel saq lejn Triq il-Wied fid-direzzjoni tal-Imsida. Minn stharrig li kompla jaghmel dan is-sit elettroniku jidher li qabel ma l-allegat halliel wetteq il-‘hold-up’, huwa pparkja l-karozza Hyundai fi Triq Wignacourt u mar bil-mixi fi Triq Psaila biex iwettaq ir-reat. Huwa halla l-karozza ’l boghod biex ma tkunx innotata quddiem il-hanut. Izda minhabba li Zammit gera warajh u t-tiri li spara gibdu l-attenzjoni ta’ diversi nies, il-karozza filfatt giet innotata u anke ttiehed in-numru taghha.

Jidher li ghaldaqstant meta l-allegat halliel irealizza li kienu rawh xi nies, x’aktarx li heles mill-affarijiet u mill-arma u mar l-Ghassa tal-Pulizija tal-Imsida fejn irrapporta li waqt li kien fil-karozza jistenna lil xi hadd, dahal fil-karozza tieghu ragel mghammad u armat u filwaqt li heddu bl-arma ordnalu jsuq. Huwa allega ukoll li kif waslu fil-Wied tal-Imsida, l-allegat kriminal ordnalu jieqaf u nizel mill-karozza. Minn hawn, sid il-Hyundai, baqa’ sejjer l-Ghassa tal-Pulizija fejn ghamel rapport. Ir-ragel minn Bormla baqa’ jinzamm mill-Pulizija fejn anke ttehdulu kampjuni tal-‘Gun Shot Residue’ (GSR) biex ikun stabbilit jekk sparax arma tan-nar.

Sadanittant fuq il-post fejn sehh il-‘hold-up’ issejhet ambulanza b’infermier li hadet lil Zammit l-Isptar Mater Dei fejn gie ezaminat minn Dr Michael Spiteri fid-Dipartiment tal-Emergenza.
Irrizulta li l-vittma qieghed isofri minn ferita gravi kkawzata minn tir ta’ arma tan-nar izda mhux fil-periklu tal-mewt. Illum it-tobba mistennija joperaw lil Zammit biex tin­hariglu l-bullit minn drieghu.

Fuq il-post fejn sehh il-‘hold-up’ marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Assistent Kum­missrju Neville Aquilina flim­kien mas-Supretendent Mario Bonello, l-Ispettur Kevin Farrugia u s-Surgent Alan La Grasta kif ukoll dawk mid-DIK immexxija mill-Ispettur Keith Arnaud.

Parti minn Triq Psaila u Triq Wignacourt inghalqu ghat-traffiku minhabba l-investigazzjonijiet u l-access li tmexxa mill-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna. Il-Pulizija elevaw uhud mill-‘bullits’ li gew sparati fosthom wahda li nifdet hajt fil-hanut stess.

Dan kien l-20 ‘hold-up’ li saru din is-sena.

Misruqin f’‘hold-up’ f’hanut tal-loghob

Il-mewga ta’ ‘hold-ups’ kompliet fejn il-mira tal-hallelin issa qieghda tkun l-istabbilimenti tal-loghob li qeghdin jifthu f’kull belt u rahal madwar Malta. Zewg impjegati spiccaw mheddin u misruqin minn zewg hallelin wiehed minnhom armat.

Dan id-19-il ‘hold-up’ ta’ din is-sena sehh nhar it-Tlieta ghal habta tas-1.40 a.m. fl-istabbiliment Fair Play li jinsab fi Triq il-Wied f’Birkirkara. Dak il-hin fil-post kien hemm Leslie Caruana ta’ 34 sena mill-Fgura u Rodlene Gaunt mill-Birgu li kienu fuq in-naha ta’ wara tal-lokal fejn hemm kamra fejn jinzammu l-flus.

Caruana sema’ hoss u kif hares biex jara x’kien, ra zewgt irgiel li t-tnejn kellhom wicchom mghotti b’kalzetti tan-nisa. Wiehed mill-kriminali kien armat b’senter u resaq lejn il-hgiega, dahhal l-arma minn toqba fil-hgiega u ppuntaha lejn Caruana u ordnalu jaghtih il-flus.

Kif it-tfajla semghet l-ghajjat harget biex tara x’gara u l-hallelin ordnawla biex tersaq lejn il-kollega taghha biex ikunu jistghu jarawha sew. B’xokk fuqhom iz-zewg impjegati ma kellhomx ghazla hlief li jobdu l-ordnijiet li nghataw mill-hallelin.

Caruana fetah il-kexxun u ta ftit aktar minn €6,700 lill-kriminali li ma kinux kuntenti u ordnawlhom jifthu s-‘safe’, izda dan kien vojt. Wara z-zewg hallelin harbu minn fuq il-post.

Kif il-kriminali harbu Caruana nforma lis-sidien tal-post u dawn cemplu lill-Pulizija u anke marru fil-hanut.

Fuq il-post marru dawk mill-Ghassa ta’ Birkirkara mmexxija mis-Surgent Geoffrey Schembri li informa lill-Ispettur Kevin Farrugia mill-istess Distrett. Fejn sehh il-‘hold-up’ mar ukoll l-Ispettur Carmelo Magri mid-DIK. Il-Pulizija elevaw filmati migbudin minn kameras tas-sigurtà. 

B’dan il-‘hold-up’ gie nformat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta u hatar lil Dr Reno Borg bhala espert tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Zewg nisa vittmi ta’ hallelin

Zewg nisa, wahda Maltija u l-ohra barranija, kienu vittmi ta’ hold-up meta kienu mixjin ghall-affari taghhom f’Paceville.

Dan sehh it-Tlieta ghal habta tal-5.10 a.m. meta Marie Novakova ta’ 33 sena mir-Repubblika Ceka u residenti San Pawl il-Bahar u l-kollega taghha, Crystal Conti ta’ 24 sena minn Hal Qormi, kienu fi triqthom ghall-karozzi taghhom wara li spiccaw mix-xoghol. Kif waslu fi Triq Wilga kienu avvicinati minn zewg irgiel mghammda u wiehed minnhom armat b’sikkina li bdew jhedduhom biex ituhom il-flus.

Iz-zewg nisa rrezistew tant li Novakova anke zammet il-‘handbag’ taghha sod anke meta wiehed mill-kriminali pprova jqaccat ic-cinga. Kif ra li ma kienx se jirnexxielu, dan pogga s-sikkina ma’ ghonq il-mara u ghalkemm kellimha bl-Ingliz huwa mifhum li kellu accent Gharbi. Mhedda bis-sikkina, Novakova ma kelliex ghazla ohra hlief li ccedi u tat il-basket liz-zewg kriminali. Fih hija kellha madwar €400, mobajl u oggetti u dokumenti personali. Iz-zewg hallelin harbu bil-giri fid-direzzjoni ta’ Triq il-Knisja u ma dehrux aktar.

B’xokk fuqhom il-vittmi cemplu lill-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk mill-Ghassa ta’ San Giljan immexxija mis-Surgent Joe Pace. Peress li fl-inhawi hemm kameras tas-sigurtà, il-Pulizija talbu biex jezaminaw il-filmati. Tfittxija li saret madwar Paceville u l-inhawi mill-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett kienet fin-negattiv. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qeghdin jitmexxew mill-Ispettur Trevor Micallef tad-Distrett u l-Ispettur Carmelo Magri mid-DIK.

Dan kien is-17-il hold-up din is-sena li nafu bih.

Next Page »