Attentat


cameraBomba taħt karozza tisplodi metri mill-abitat

Darren Degabriele ta’ 35 sena minn Ħal Għaxaq, sid ir-restorant ‘Gente di Mare’ li jinsab f’Masraxlokk, jinsab f’qagħda kritika u …..artiklu

Advertisements

Anzjana tinqatel b’aktar minn ghaxar daqqiet ta’ sikkina

Il-qtil sehh quddiem tifel ta’ sentejn u nofs

Murder Bormla 08 05 09Omicidju li sehh quddiem ghajnejn tifel ta’ sentejn u nofs, ixxokja lill-hafna nies fejn anzjana inqatlet b’aktar minn ghaxar daqqiet ta’ sikkina. Fl-istess kaz hemm ukoll fil-periklu tal-mewt l-eks-siehba tal-aggressur u l-aggressur innifsu kif ukoll Surgent tal-Pulizija li sofra diversi griehi.

Dan ir-reat sehh il-Gimgha fir-residenza ta’ Maria Theresa Vella, maghrufa mal-girien bhala Marì, ta’ 61 sena fi Triq San Lazzaru f’Bormla. Dak il-hin fid-dar kien hemm l-anzjana flimkien ma’ bintha Mary Grace ta’ 24 sena u iben Mary Grace ta’ sentejn u nofs. Fl-istess hin kien hemm ukoll iben l-anzjana u hu Mary Grace, Joseph Vella, li huwa Surgent tal-Pulizija stazzjonat mal-SAG li kien rieqed fis-sular ta’ fuq.

Ghal habta tal-9.50 a.m. dahal fir-residenza Clive Farrugia ta’ 24 sena mill-Birgu, li huwa l-eks-sieheb ta’ Mary Grace u missier it-tifel ta’ sentejn u nofs. Kif dahal huwa sakkar il-bieb tal-kamra li kienu fiha u beda jargumenta maghhom. Jidher li l-argument kien minhabba dizgwid bejn Mary Grace u Clive.

Farrugia kellu f’idejh sikkina, deskrita bhala sikkina militari, u beda jaggredixxi lil Marì. Huwa mifhum li l-mara nghatat aktar minn ghaxar daqqiet ta’ sikkina kif ukoll xi daqqiet ohra tant li qed ikun allegat li sofriet ksur f’riglejha. Il-mara nghatat daqqiet f’sidirha, darha u diversi partijiet ohrajn.

Kif Mary Grace rat lil ommha tigi aggredita u bid-demm itir mal-kamra, pruvat tiddefendiha x’aktarx b’sikkina tal-butir izda spiccat hi ukoll taqla’ diversi daqqiet f’sidirha, zaqqha u wiccha. L-istorbju kif ukoll il-biki tat-tifel iz-zghir qajjem lis-Surgent Vella li nizel isfel u faqa’ l-bieb tal-kamra.

Kif dahal sab xena makabra quddiemu b’ommu mitluqa ghal mewt, ohtu feruta gravi u n-neputieh jibki mimli demm li tar minn nanntu u ommu. X’aktarx li l-intervent f’waqtu tas-Surgent Joseph Vella salva l-hajja ta’ Mary Grace u binha. Kif Farrugia sab lis-Surgent ma’ wiccu dar ukoll ghal fuqu u xejjirlu diversi daqqiet. It-tahrig li ghandu s-Surgent Vella swielu u b’xi mod irnexxielu jehles minn daqqiet gravi ghalkemm xorta intlaqat mill-aggressur u sofra xi griehi.

Biex jiddefendi lill-qraba tieghu s-Surgent kellu juza forza ragonevoli fuq Farrugia wara li baqa’ jirrezisti minkejja li l-membru tal-Korp wissieh li huwa Pulizija. Fil-konfuzjoni u biex irraznu, Farrugia sofra xi griehi gravi f’rasu. Minkejja li kien ferut, PS Vella gab lil Farrugia taht kontroll u permezz tal-manetti tas-servizz rabatlu jdejh u zammu sakemm waslet l-assistenza.

Fuq il-post intbghatu zewg ambulanzi bl-infermieri u t-Tabib Michael Spiteri mill-ERT li bdew jamministraw messaggi fuq qalb l-anzjani izda hija mietet meta kienet fi triqta lejn l-Isptar Mater Dei. Mary Grace u Clive Farrugia ukoll ittiehdu l-isptar fejn it-tnejn jinsabu fil-periklu tal-mewt. B’xorti tajba t-tifel iz-zghir ma gralu xejn imma x-xena li ra quddiem minkejja l-età tenera tieghu, baqa’ imbikkem.

Fi ftit hin bdew jaslu diversi Pulizija fosthom dawk tal-Mobile u tad-Distrett u mid-DIK. Fost dawn kien hemm l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja u s-Supretendenti Silvio Valletta u Carmelo Bartolo flimkien mal-Ispetturi Daniel Zammit u Fabian Fleri u John C. Ellul mid-Dipartiment tal-Forensika. F’hin minnhom wasal ukoll fuq il-post iben iehor ta’ Marì, wiehed mill-hamest uliedha, li deher b’xokk fuqu kif sar jaf li ommu inqatlet.

Il-Magistrat Dr Silvio Meli ordna inkjesta u anke mar fuq il-post tad-delitt fejn mexxa l-access. Huwa hatar diversi esperti fosthom lill-Perit Richard Aquilina u t-Tabib Forensiku Mario Scerri flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Dan kien it-tieni omicidju li sehh din is-sena bl-ewwel wiehed ikun ta’ Gaetano Romano ta’ 20 sena minn San Pawl il-Bahar. Dan id-delitt sehh fit-2 ta’ April meta z-zaghzugh inqatel b’sitt imsiemer f’rasu sparati minn apparat li jispara l-imsiemer. S’issa dan id-delitt ghadu mhux solvut.

UPDATE 

Saret l-awtopsja    

Meta nhar is-Sibt saret l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Maria Theresa Vella irrizulta li nghatat diversi daqqiet ta’ sikkina b’dik fatali tkun fil-pulmun. Sadanittant sar maghruf ukoll li bintha, Mary Grace ta’ 24 sena, sofriet 28 daqqa ta’ sikkina.

S’issa kemm Mary Grace kif ukoll Clive Farrugia, li kienu fil-periklu tal-mewt, jinsabu f’qaghda stabbli ghalkemm xorta ghadhom jinzammu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

 

Pruvaw jaqilghu x-xork biex jinzlu f’hanut

silver-play-29-04-09Tliet hallelin hadu battikata ghalxejn meta serqa ppjanata giet sfrattata mill-Pulizija tad-Distrett wara telefonata minn xi nies li fis-satra tal-lejl semghu hsejjes gejjin minn dar.

L-Erbgha ghal habta tas-2.20 a.m. residenti li joqghodu fi Triq Dun Nerik Cordina Perez fil-Hamrun semghu hsejjes ta’ tisbit gejjin minn dar li sidha ma kienx hemm ghax jinsab imsiefer. Meta waslu fil-post indikat il-Pulizija sabu l-bieb ta’ barra tar-residenza sgassat u kif dahlu gewwa sabu ma’ wicchom wiehed mill-hallelin li prova jahrab izda inzamm mill-Pulizija. Mieghu kien hemm zewg hallelin ohrajn li kif indunaw li kien hemm il-Pulizija irnexxielhom jaharbu minn wara billi qabzu ghal fuq karozza li kienet ipparkjata fuq wara li anke garbet xi hsarat fis-saqaf. Dak li nqabad, ragel ta’ 26 sena minn Santa Venera, baqa’ jinzamm taht arrest.

Minn stharrig li sar irrizulta li l-hallelin sgassaw il-bieb biex dahlu fir-residenza privata biex minn hemm ikollhom access ghall-istabbiliment ‘Silver Play’ li huwa hanut tal-loghob. L-ewwel tentattiv tal-hallelin kien li jaqalghu kantun mis-sular ta’ isfel biex jidhlu fil-hanut izda dan it-tentattiv falla. Ghaldaqstant il-hallelin telghu fis-sular ta’ fuq fil-kamra tas-sodda li tigi fuq l-istabbiliment u qalghu xi madum, nehhew it-torba u bdew jippruvaw inehhu xi xorok. Izda fis-satra tal-lejl il-hoss li bdew jaghmlu instema’ hafna aktar milli kieku kien matul il-gurnata b’konsegwenza li gibed l-attenzjoni ta’ uhud mill-girien li cemplu lill-Pulizija li waslu fuq il-post fi ftit minuti peress li l-Ghassa tinstab ftit metri ’l boghod.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Joseph Agius tad-Distrett u Jeffrey Cilia mid-DIK.

Kienu se jisirqu b’eluf ta’ Ewro f’ghodda

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk tal-Mobile sfrattaw serqa ta’ eluf ta’ Ewro f’ghodda u apparat li kien se jingarr fuq trakk armat bi krejn. B’konnessjoni ma’ dan il-kaz tressqu l-Qorti tliet irgiel ilkoll mir-Rabat.

Nhar il-Hadd ftit qabel id-9.00 a.m. il-Pulizija waslitilhom informazzjoni li mill-fonderija Dolphin Forge, li tinsab fi Triq Marina f’Tal-Pietà, kien qed jinstemghu xi hsejjes u li x’aktarx kien hemm xi hallelin fil-post. Peress li l-fonderija ghandha zewg entraturi, wahda fi Triq Marina, li taghmel mal-Imsida, u l-ohra fi Triq Alfred Craig li taghmel ma’ Tal-Pietà, il-Pulizija mid-Distrett tal-Imsida marru fl-entratura fi Triq Marina filwaqt li dawk mid-Distrett tal-Hamrun flimkien ma’ tal-Mobile marru fuq in-naha ta’ wara. Fuq il-post kien hemm ukoll sid il-fonderija li nnota li kien hemm madwar hames katnazzi sgassati u x-shutter miftuh.

Kif il-hallelin indunaw bil-prezenza tal-Pulizija, dawn pruvaw jaharbu izda sabu li kienu ccirkondati mill-Pulizija. Huma regghu dahlu fil-mahzen u kif dahlu fuqhom il-Pulizija dawn stahbew. Wiehed minnhom instab jistahba wara frigg filwaqt li t-tnejn l-ohrajn instabu ftit wara f’toqba li taghti ghal taht l-art.

“Kienu qishom xi grieden jaharbu minn qattus u l-ewwel toqba li sabu dahlu fiha”, qalulna sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont u ma’ dan is-sit elettroniku. Fi ftit minuti t-tliet hallelin gew arrestati u ttiehdu l-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Minn aktar stharrig li sar mill-Pulizija fuq il-post irrizulta li l-hallelin kien digà garrew diversi ghodda u apparat qrib il-bieb. Skont is-sid l-ghodda u l-apparat jiswa’ aktar minn €18,000. Fl-inhawi l-Pulizija sabu ukoll trakk Isuzu armat bi krejn biex ikunu jistghu jgorru l-ghodda u l-apparat. Din il-vettura hija ta’ wiehed mill-hallelin, li huwa maghruf sew mal-Pulizija. It-tliet suspettati ghandhom bejn is-27 sena u l-35 sena u huma llkoll mir-Rabat.

L-istess sorsi qalulna li kien l-intervent immedjat tal-Pulizija, kemm tad-Distrett kif ukoll tal-Mobile, li din is-serqa giet solvuta u l-hallelin inqabdu fil-fatt. L-investigazzjonijiet qeghdin jitmexxew mill-Ispettur Joseph Agius tad-Distrett u Jeffrey Cilia mid-DIK.

Sadanittant it-Tnejn l-istess Spetturi Agius u Cilia ressqu b’arrest quddiem il-Magistrat Dr Lawrence Quintano lil Charles Guntrip ta’ 29 sena, Renald Barbara ta’ 28 sena u Paul Abela ta’ 53 sena. Huma gew akkuzati b’serq minn Dolphin Forge, li ghamlu hsara fl-istess post u i saru recedivi.

L-Avukat Franco Debono deher ghal Guntrip filwaqt li Barbara u Abela kienu assistiti minn Dr Joseph Giglio. L-akkuzati talbu biex jinhelsu mill-arrest izda l-Magistrat Quintano cahdilhom it-talba u ordna li jibqghu jinzammu arrestati fil-Habs ta’ Kordin. 

 

Pruvaw jifthula l-karozza sakemm waqfet

Kaz li seta’ kellu konsegwenzi xejn pjacevoli, sehh il-Gimgha, 20 ta’ Marzu filghodu meta omm li kienet ma’ binha fil-karozza taghha spiccat terrorizata meta sfat imdawra minn grupp ta’ klandestini sakemm waqfet ghal ftit sekondi.

Dan il-kaz sehh ghal habta tal-11.00 a.m. meta l-mara ta’ 29 sena minn Birzebbuga kienet ghaddejja minn Hal Far sejra lejn id-direzzjoni ta’ Hal Luqa. Hija kienet qeghda ssuq karozza Peugeot 306 u maghha kellha lil binha ta’ tliet snin li kien fuq wara marbut fil-car seat.

Kif l-omm waslet qrib ir-rawndebawt fejn fuq naha hemm Lyster Barracks tal-FAM u fuq in-naha l-ohra hemm ic-Centru Miftuh fejn joqghodu l-kladestini taht it-tined f’Hal Far, hija kellha bzonn taghti xi haga lil binha u gœalhekk waqfet f’parti wiesa’. Kif waqfet sfat imdawra minn erba’ jew hames klandestini irgiel li pruvaw jifthu l-bibien tal-karozza. Dan l-attentat falla minhabba t-teknologija tal-karozza Peugeot 306 fejn il-biebin jissakkru awtomatikament meta tistartja l-magna.

Imbezza’ u b’xokk fuqha l-mara saqet biex tahrab minn fuq il-post u marret fi trejqa qrib il-Laboratorju tal-Paci u cemplet lill-Pulizija. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Priscilla Caruana li bdew jinvestigaw il-kaz. Il-Pulizija ghadhom qieghdin jippruvaw jiddentifkaw il-klandestini.