camera  Ħaddiem waqa’ minn fuq scaffolding f’Paceville

Charló Zammit ta’ 28 sena minn Ħal Għaxaq iddaħħal l-Isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ ftit aktar minn metru u nofs f’sit ta’ kostruzzjoni f’Paceville.

PACEVILLE FALLL-inċident seħħ illum, il-Ħamis, għall-ħabta tad-9.00 a.m. fi Triq Santu Wistin li tiġi wara l-kumpless Eden. Dak il-ħin Zammit kien fuq scaffolding meta tilef il-bilanċ u waqa’ fil-qiegħ tas-sit.

Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mmexxijin mill-uffiċjal James Newell kif ukoll ambulanza b’infermiera u t-Tabib Michael Spiteri. Membri tal-Protezzjoni Ċivili u Dr Spiteri niżlu ħdejn Zammit li deher li kien muġugħ.

Wara li tpoġġa f’bucket stretcher u ntrabat sew, il-ħaddiem ittella’ permezz ta’ krejn tal-istess kumpanija ta’ kostruzzjoni li qed tagħmel ix-xogħol. Huwa ttella’ sat-triq assistit minn wieħed mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ddaħħal fl-ambulanza. Minn hemm Zammit ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn instab li sofra ġrieħi gravi kkawżati minn ksur f’riġlejh, iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw dan l-inċident.