camera Mara ssofri ġrieħi gravi

Żewġ inċidenti tat-traffiku li seħħew fi spazju ta’ ħames siegħat u fl-istess post, ħallew mara ssofri minn ġrieħi gravi fejn it-tieni każ x’aktarx li ġara kawża tal-ewwel wieħed.

L-ewwel incident seħħ għall-ħabta tat-2.40 a.m. meta żagħżugħ ta’ 22 sena mis-Swieqi kien qed isuq karozza Volks Wagon Golf tilef il-kontroll, tela’ fuq is-center strip u baqa’ dieħel fit-traffic lights b’konsegwenza li dawn waqfu jiffunzjonaw.

B’xorti tajba ż-żagħżugħ ma sofra ebda ġrieħi għalkemm deher li kellu xokk fuqu.

AmbulanzaSadanittant minkejja li kienu għaddew ħames siegħat, ħadd ma mar isewwi l-ħsarat fuq it-traffic lights tant li dawn baqgħu ma jiffunzjonawx anke waqt ir-‘rush hour’ ta’ filgħodu.

Fil-fatt it-tieni incident seħħ għall-ħabta tat-7.45 a.m. meta karozza Toyota HiLux, misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn San Ġiljan, kienet fi Triq Mikiel Anton Vassalli u dan kien se jdur lejn Paceville. Dak il-ħin mid-direzzjoni opposta kienet ġejja karozza Kia Proceed misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena minn Ħal Qormi u minħabba li t-‘traffic lights’ kienu mitfijin iż-żewġ karozza ħabtu f’xulxin.

L-unika persuna li korriet hija mara ta’ 38 sena minn San Ġiljan li kienet passiġġiera fit-Toyota li ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn kompliet tingħata l-kura medika għal ġrieħi gravi li sofriet.

Il-Pulizija tad-Distrett ħejjew rapport taż-żewġ inċidenti.