camera Erba’ żgħażagħ Maltin u mara Pollakka jsofru ġrieħi ħfief

Tard it-Tlieta waranofsinhar il-Pulizija u l-Gwardjani Lokali kienu impenjati minħabba diversi inċidenti tat-traffiku kawża tal-ftit xita li għamlet. Iżda l-inċidenti komplew anke meta t-triq kienet niexfa fosthom wieħed minnhom fejn erba’ żgħażagħ iddaħħlu l-isptar għall-kura medika.

MVA ZEBBUGGħall-ħabta tad-9.10 p.m. il-Pulizija ġew imsejħin fuq incident fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ. Maria Zammit ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żebbuġ kienet qed issuq karozza Toyota Vitz fid-direzzjoni ta’ Ħal Qormi. Kif waslet fid-dawra qrib il-kumpanija Attrans, it-tfajla tilfet il-kontroll tal-karozza, telgħet fuq il-bankina u baqgħet dieħla fil-ħajt.

Fil-karozza kien hemm żewġ tfajliet – waħda ta’ 16-il sena minn Ħal Qormi u oħra ta’ 15-il sena minn Ħaż-Żebbuġ kif ukoll ġuvni ta’ 15-il sena wkoll minn Ħaż-Żebbuġ.

Għalkemm fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili b’xorti tajba l-każ ma kienx gravi ħafna tant li ma kellhomx għalfejn jintervjenu. L-erba’ żgħażagħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn komplew jingħataw il-kura medika.

Il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kienu fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku filwaqt li dawk tad-Distrett immexxijin mis-Surġent James Weatherill flimkien mal-ghajn tuffiehaKuntistabbli Richard Grech Tonjoe Farrugia ħejjew rapport tal-inċident.

Sadanittant aktar qabel, għall-ħabta tas-6.10 p.m., fi Triq Għajn Tuffieħa seħħ incident ieħor. Karozza Chevrolet tal-kiri misjuqa minn raġel ta’ nazzjonalitá Ingliża baqgħet dieħla f’ċint. Dak il-ħin l-Ingliż, li miegħu kellu mara ta’ nazzjonalitá Pollakka, kien qed isuq fid-direzzjoni tax-Xemxija fejn jidher li minħabba ż-żlieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ sejjer fuq in-naħa tax-xellug u ħabat fiċ-ċint.

Ġew irrapportati inċidenti oħrajn fosthom fi f’Baħar iċ-Ċagħaq, il-Kappara u lokalitajiet oħrajn.