Tliet barranin jgħerqu f’żewġ każi separati
Il-Pulizija ta’ Għawdex illum kienu impenjati sew b’żewġ traġedji li seħħew fi spazju ta’ inqas minn ħames sigħat li fihom tliet barranin mietu kawża ta’ għarqa b’żewġ każi separati.
L-ewwel fatalitá seħħet ftit wara nofsinhar meta raġel ta’ 64 sena mill-Awstrija kien qed jgħodos fl-inħawi magħrufin bħala il-Ponta ta’ Reqqa fix-Xwejni limiti taż-Żebbuġ.
Sħabu li kienu miegħu tellgħuh lejn l-art iżda l-Awstrijak ġie ċċertfikat mejjet fuq il-post.
Lanqas kienu għaddew ħames siegħat minn din it-traġedja meta għall-ħabta tal-4.20 p.m. l-Pulizija ġiet informata li fid-Dwejra kien hemm xi għaddasa li kienu f’diffikultajiet.
Minnufih marru fuq il-post il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-Pulizija. Sakemm waslet l-assistenza kien diġá ttella’ wieħed mill-għaddasa li ġie ċċertfikat mejjet filwaqt li l-Pulizija kellhom informazzjoni li kien għad fadal tnejn oħra.
Minħabba l-baħar qawwi li ħakem l-inħawi ntalbet l-għajnuna tal-FAM fejn fuq il-post marret il-lanċa Melita kif ukoll ħelikopter.
Ftit tal-ħin wara nstab kadavru ieħor u l-għaddas l-ieħor ukoll ittella’ imma wara li ngħata l-ewwel għajnuna medika fuq il-post ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn kompla jkun assistit.
L-għaddasa li mietu huma koppja – mara u raġel – it-tnejn Ingliżi.
Dwar dawn iż-żewġ każi infetħu żewġ inkjesti maġisterjali.
Din is-sena diġá tilfu ħajjithom sitt persuni kollha barranin f’ħames każi separati li erba’ minnhom seħħew f’Għawdex.
Il-fatalitjiet l-oħrajn huma: 3 ta’ Marzu miet Jacek Malek mill-Polonja meta kien qed jieħu ritratti fid-Dwejra, Għawdex u nġarr minn mewġa.Fit-30 ta’ Mejju, Ġermaniża ta’ 46 sena għerqet meta kienet qed tgħodds fix-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem, Għawdex. Fl-4 ta’ Ġunju, Irlandiż ta’ 65 sena kien qed jgħum f’Għajn Tuffieħa u ż-żewġ traġdeji li semmejt hawn fuq.
July 22, 2017 at 08.39
I’ve learn a few good stuff here. Certainly price bookmarking for
revisiting. I surprise how so much effort you put to create one of
these magnificent informative site.
June 21, 2014 at 08.39
John, Nigel was a 40 year friend of mine. Are there any more details following the autopsies?
June 18, 2014 at 08.39
Dak li jigri b’nuqqas t’esperjenza , jkunu certified padi divers u kull ma jkunu nizlu l-bahar forsi darba f’ hajjithom …