camera   Raġel waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari

Raġel ta’ bejn il-45 sena u l-50 sena minn Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari minn fuq l-irdumijiet fl-inħawi tal-bajja tal-Mistra limiti ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tas-1.20 p.m. L-ewwel għajnuna ngħatat minn membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u xi rġiel oħrajn. Dak il-ħin Patrick Galea kien fuq dgħajsa mal-familja tiegħu meta persuni oħrajn li kienu qrib tiegħu nstemgħu jgħidu li kien għadu kif waqa’ wieħed.

MISTRA FALLGalea u żewġt irġiel oħrajn resqu viċin u għamu għal diversi metri. Minn hemm huma marru fejn waqa’ r-raġel li deher li kellu bżonn l-assistenza medika.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surġent Ivan Mifsud u dawk mill-Iskwadra tal-RIU. Fi ftit minuti waslu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-istazzjon tax-Xemxija mmexxijin mill-Uffiċjal James Newell kif ukoll ambulanza b’infermieri u t-Tabib Michael Spiteri.

Peress fejn waqa’ l-vittma ma setax jiettella’ lejn il-livell tat-triq, intalbet l-għajnuna tal-Forzi Armati fejn fuq il-post intbgħat ħelikopter Alouette.

Ir-raġel ittella’ bl-assistenza minn taħt l-irdum mir-rescuer u tniżżel qrib l-ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei fejn kompla jingħata l-kura medika.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.

 

ENGLISH VERSION OF THIS ARTICLE GO TO 

http://www.maltatoday.com.mt/news/national/40043/watch_rescue_operation_after_man_falls_from_selmun_cliff#.U53pQRbeNlI