camera Is-sewwieq tal-bowser seta’ lanqas induna bil-mara

Għalkemm l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-inkjesta Maġisterjal għadha mhix konkluża dwar l-inċident tat-traffiku fatali li seħħ fl-24 Mejju li għadda fl-Imsida, sorsi li tkellmu ma’ KRONAKA f’MALTA qalu li s-sewwieq tal-bowser seta’ lanqas induna bil-mara.

MSIDADan l-inċident seħħ fil-Wied tal-Imsida, fl-Imsida, meta Maria McKay ta’ 75 sena mill-Imsida ntlaqtet minn bowser kbir li baqa’ sejjer wara l-inċident. Il-mara mieter fuq il-post kawża tal-ġrieħi gravi li sofriet. Il-Pulizija kienu sabu l-bowser aktar tard dakinhar stess fil-Gzira.

Sorsi qrib il-Pulizija qalu li s-sewwieq kien fil-fatt waqaf minħabba l-dwal tat-traffiku kienu aħmar. Dak il-ħin dehru jaqsmu żewġ nisa, waħda minnhom McKay li qasmu t-triq f’direzzjonijiet opposti.

Meta l-dwal qalbu ħodor is-sewwieq tal-bowser saq mingħajr iżda jidher li ma setax jinduna li kien għadda minn fuq il-mara. Mhux qed ikun eskluż li McKay jew kif qasmet reġgħet daret mingħajr ma ndunat li t-trakk kien qed jinstaq, jew seta’ ħassa ħażin u waqgħet. Li jidher li huwa ċert, huwa li l-mara laqtet ir-roti doppji ta’ wara tal-bowser tan-naħa tax-xellug meta dan kien diġá beda jinstaq.

Meta l-Pulizija sabet il-bowser fil-Gżira u eżaminat ir-roti, sabu biċċiet żgħar ta’ dak li rriżulta kien laħam uman fuq ir-rota ta’ wara. L-istess sorsi jemmnu li kieku s-sewwieq kien konxju ta’ dak li ġara, kellu ħin biżżejjed biex inaddaf ir-rota, xi ħaġa li m’għamilx.

Minkejja dan xorta waħda l-Pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident kif ukoll qed jistennew li tingħalaq l-inkjesta biex ikunu f’pożizzjoni biex jiddeċiedu jekk jinħarġux akkużi jew le.

Każ simili ġara fl-1 ta’ Lulju 2013 għall-ħabta tal-10.00 a.m. fil-Kalkara meta Josephine Bartolo ta’ 69 sena mill-Kalkara mietet fuq il-post ukoll wara li trakk għadda minn fuq rasha. Bartolo kienet għadha kemm irmiet xi oġġetti fi skips ta’ bring in-site fi Triq is-Salvatur meta trakk misjuq minn Elton Bowell ta’ 37 minn Bormla kien għadu kemm għadda minn ħdejja. Kif il-mara daret ħabtet mal-ġenb tat-trakk, waqgħet b’konsegwenza li kif kienet fl-art rasha tgħafġet bir-roti ta’ wara tat-trakk.

Kienu l-għajjat ta’ raġel ieħor li ġibidlu l-attenzjoni biex jieqaf tant li għall-ewwel Bowell ħaseb li kellu xi ħsara fit-trakk. Kif niżel u ra lill-mara taħt ir-roti ta’ wara ħa x-xokk ta’ ħajtu.

 

For the English version of this article go tohttp://www.maltatoday.com.mt/news/national/39941/msida_hitandrun_police_believe_accident_was_unintentional#.U5nvMhbeNlI