Il-Pulizija jfittxu żewġ żgħażagħ

RIUAktar kmieni llum waranofsinhar, raġel li kien mixi max-xatt qrib Tigné Point f’Tas-Sliema spiċċa vittma ta’ żewġ ħallelin li serqulu l-bastijiet li kien qed iġorr.

Din is-serqa, magħrufa bħala “snatch&grab”, seħħet għall-ħabta tas-2.00 p.m. meta r-raġel jidher li kien sejjer iqatta’ ftit ħin ħdejn il-baħar. Kif kien mixi għall-affari tiegħu, ġie avviċinat minn żewġ ġuvintur li ħatfulu l-basktijiet u ħarbu minn fuq il-post.

Sorsi li tkellmu ma’ KRONAKA f’MALTA qalu li l-vittma kellu f’idejh basktijiet li jintużaw biex iġorr l-affarijiet tal-baħar fihom.

Fi ftit minuti waslu fuq il-post il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit li minkejja t-tfittxija intensive fl-inħawi għaż-żewġ ħallelin, dawn ma dehru mkien.

Il-vittma għamel rapport mal-Pulizija tad-Distrett li komplew jinvestigaw il-każ.

English version for the above article go to this link http://www.maltatoday.com.mt/news/court_and_police/39851/man_robbed_at_tign_point__#.U5gWCBbeNlI