Haddiem zaghzugh isofri hruq f’idejh u xaghru

Roderick Vassallo ta’ 20 sena mill-Hamrun sofra hruq fis-swaba u xaghru meta sehhet spluzjoni minn blow lamp meta kien qed jahdem fil-bini tal-Ministeru tal-Finanzi fi Triq Zekka fil-Belt.

L-accident sehh nhar il-Hamis ftit wara nofsinhar meta Vassallo kien qed jahdem bil-blow lamp imhwahhla ma’ cilindru tal-gass. F’hin minnhom il-pajp li kien ikkonettjat mac-cilindru inqala’ minn postu u sehhet spluzjoni b’konsegwenza li nirien hakmu lil Vassallo.

Kien l-intervent f’waqtu ta’ Mario Mifsud, li jahdem fil-Ministeru, li kif sema’ hoss qawwi u dar biex jara x’gara ra n-nirien jahkmu lil Vassallo. Huwa qabad fire extinquisher u kien pront tefa’ n-nirien u hareg lill-vittma ’l barra.

Fuq il-post issejht ambulanza b’infermiera li bdew jaghtu l-ewwel ghajnuna medika lil Vassallo u wara haduh l-Isptar Mater Dei fejn kompla jigi ikkurat minn Dr Jonathan Joslin. Irrizulta li l-haddiem zaghzugh kien qed isofri minn hruq imma gie cciertifikat li griehi huma ta’ natura hafifa.

B’dan l-accident gew informati l-Ufficjali mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol fejn qeghdin investigaw il-kaz Shylon Muscat u Norman Spiteri. Minn naha tal-Pulizija l-istharrig sar mill-Ispettur Alfred Mallia flimkien mas-Surgent Kenneth Brignano.