Gebel jaqa’ fuq in-nies u karozzi

Gebel jaqa'Dawk li ta’ kuljum jipparkjaw il-karozzi taghhom taht is-sur, fejn darba kien hemm il-lift tal-Barrakka, qeghdin jissugraw li jaqilghu daqqa ta’ gebla li kultant jiem jaqghu mis-sur stess.

Kienu diversi impjegati, fosthom dawk tad-Dwana, li lmentaw dwar il-periklu serji li hemm minn dan il-gebel li qieghed icedi. Mhux l-ewwel darba li bicciet tal-gebel imdaqqas jispicca fuq karozzi li jkunu pparkajti. Dawk li jafu b’dan il-periklu, jew mhumiex jipparkjaw il-karozzi taghhom hemm jew jekk jipparkjaw ihalluhom ’il barra mis-sur.

Izda dawk li mhumiex konxji b’dan il-periklu serju spiccaw bil-karozzi taghhom igarbu hsarat estensivi. Nhar il-Hamis morna naraw il-post u sibna bicciet tal-gebel li kienu cedew mis-sur izda imkien ma rajna la tabelli li javzaw li hemm periklu u lanqas ilqugh bhal ma hemm qrib il-Waterfront.

Sorsi li tkellmu maghna qalulna li l-awtoritajiet huma konxji b’dan il-periklu izda qatt ma ghamlu xejn. Forsi ghax hemmhekk jintuza mill-haddiema Maltin u ma jmorrux turisti bhal ma jmorru hdejn il-Waterfront, ilmenta maghna impjegat tad-Dwana.