Harab mill-Habs fil-Polonja sentejn ilu

Pollakk ta’ madwar 55 sena li kien imfittex mill-Awtoritajiet Pollakki sa mill-2007, gie arrestat mill-Pulizija Maltija u mistenni li jigi estradit fil-jiem li gejjin.

Darius Crepeska huwa imfittex mhux biss b’konnessjoni mal-harba mill-habs fil-Polonja imma ukoll fuq akkuzi ta’ frodi. Nhar il-Hadd li ghadda l-Pollokk kien fuq dghajsa fl-ibhra Maltin u meta aktar tard wara nofsinhar huwa dahal Malta qrib il-Freeport sab lill-Pulizija tas-SIRENE immexxija mill-Ispettur Mario Cuschieri jistennewh.

Crepeska kien arrestat u nhar it-Tnejn tressaq il-Qorti mill-istess Spettur Cuschieri.