Malti li kien imfittex fl-Olanda, lura Malta hieles

LA ROSA QORTIHidma intensiva mill-Pulizija ta’ Malta biex jinstab Malti li kien ilu imfittexx mill-Awtoritajiet Olandizi fuq akkuzi ta’ konspirazzjoni ta’ traffikar ta’ droga, sfumat fix-xejn meta l-Qrati Olandizi taw sentenza hafifa lil dan il-Malti biex wara biss ftit granet gie lura Malta.

Darren Alfred Vassallo La Rosa ta’ 36 sena, imwieled l-Ingilterra imma residenti San Pawl il-Bahar, kien tressaq il-Qorti biex ikun estradit wara li nhareg mandat ta’ arrest Ewropew kontrih. Huwa kien arrestat mill-Pulizija Maltija fis-27 ta’ Marzu 2009 wara jiem ta’ osservazzjoni. Dakinhar huwa deher hiereg minn blokk appartamenti fil-Qawra u ftit wara gie avvicinat mill-Pulizija u arrestat.

Vassallo La Rosa kien imfittex mill-Olandizi fuq akkuzi ta’ konspirazzjoni fit-traffikar ta’ madwar 11-il kilo droga haxixa fejn kien allegat li anke kien hemm involuti membri tal-gudikatura barranin.

Meta tressaq il-Qorti mil-Ispettur Mario Cuschieri mit-Taqsima tas-SIRENE, Vassallo La Rosa ghazel li jigi estradit lejn l-Olanda.

Dan l-ahhar waslitli informazzjoni li ftit tal-jiem wara li Vassallo La Rosa kien estradit, dan kien qed jidher in-Naxxar. Fil-fatt irrizulta li meta Vassallo La Rose tressaq il-Qorti fl-Olanda u nstab hati, inghata sentenza ta’ ftit jiem xoghol fil-kommuntà u multa. Ftit wara huwa rega’ gie Malta.

Sorsi qrib id-Depot tal-Pulizija qalulna li sentenzi redikoli bhal dawn ibaxxu l-moral tal-Pulizija fejn jiem ta’ investigazzjoni u sorveljanza biex jinqabad persuni imfittxija minn pajjiz iehor, jispicca hieles wara ftit jiem minhabba s-sentenza redikola mill-istess pajjiz li riedu.