Pulizija ordnati jeskortaw trakkijiet mimlijin partitarji

Kienu diversi persuni li ghamlu kuntatt mieghi jistaqsu, jekk l-avviz legali li jipprojbixxi trakkjiet kbar bil-partitarji fuqhom, b’loudspeakers u xorb alkoholiku, ghadux ‘in vigore’. Dan minhabba li nhar il-Hadd partitarji tal-futbol, kemm tal-Valletta kif ukoll tal-Hibernians, mhux talli kellhom dawn it-trakkijiet izda anke nghataw skorta mill-Pulizija.

Nhar il-Hadd qabel il-loghba futbol bejn Valletta u Hibs fit-toroq li jaghtu lejn Ta’ Qali kienu evidenti numru ta’ vetturi, fosthom trakkjiet u vannijiet pick-up bil-partitarji fuqhom.

Sorsi li tkellmu maghna qalulna li partitarji tal-tim tal-Belt li kienu sejrin lejn Ta’ Qali fuq dawn il-vetturi ippakkjati bin-nies u b’uhud mill-partitarji jixxabbtu minn fuqhom, kellhom skorta ta’ erba’ Pulizija fuq il-muturi, karozza tal-ALE u karozza ohra.

Gie allegat ukoll li l-partitarji sahanistra kellhom bottijiet u fliexken tal-birra fejn hafna minn dawn il-fliexken tal-hgieg ta’ kulur ahdar u bottijiet sofor spiccaw fit-toroq.

Meta tkellimna ma’ sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija, qalulna li sa ftit ilu l-Pulizija ma kienu hargu ebda permessi biex jintuzaw dawn it-trakkijiet biex jimxu mal-ligi. Izda jidher li kien hemm xi intervent minn xi hadd qrib hafna tal-Gvern li insista li jithallew ghax din kienet festa specjali b’mod partikolari ghal Beltin.

Ghaldaqstant il-Pulizija inhargitilhom ordni biex ma jharku lil hadd u jhaluhom jiehdu pjacir. Anzi lill-Pulizija inhargitilhom ordni biex dawn il-vetturi jigu skortati. Minn naha l-ohra l-Pulizija gabru xi vetturi li ntuzaw u li izda ma kienux tajbin ghat-triq tant li lanqas kienu rregistrati.