Il-funeral taz-zaghzugh se jsir is-Sibt li gej.

Wara li l-esperti forensici, immexxijin mit-tabib forensiku Mario Scerri, lestew minn kull ezami li kellhom jaghmlu fuq il-kadavru ta’ Gaetano Romano, iz-zaghzugh ta’ 20 sena minn San Pawl il-Bahar li nstab maqtul f’kamra li fiha jsir tnixxif, il-Magistrat Dr Giovanni Grixti ordna li l-kadavru jista’ jindifen. Ghaldaqstant, nhar is-Sibt li gej, se jsir il-funeral ta’ Romano b’quddiesa presente cadavere, li se tibda fis-2.30 p.m. u se ssir fil-Knisja tal-Qawra.

Dan id-delitt sehh nhar il-Hamis, 2 ta’ April, 2009, meta z-zaghzugh inqatel b’madwar sitt imsiemer f’rasu. Il-Pulizija bdew jimxu fuq it-teorija li l-imsiemer iddahhlu f’ras il-vittma b’ghodda li tispara l-imsiemer. Izda minkejja t-tfittxija li saret din l-ghodda baqghet ma nstabitx. Sorsi qrib il-Pulizija qaluli li l-investigaturi mhumiex jeskludu li l-imsiemer setghu anke issammru b’martell u ghaldaqstant jahsbu li kien hemm bejn tnejn u tliet persuni involuti f’dan il-qtil.

Romano kien instab mejjet minn missieru Nicola, f’kamra li fiha jnixxef ix-xoghol tal-gipsum li jaghmel fi Triq id-Damasku. Dakinhar li Gaetano nqatel, missieru, li huwa Taljan ta’ 67 sena, kien fuq btala fil-Marokk, flimkien ma’ martu li hija ta’ nazzjonalità Marokkina u li tigi l-omm tar-rispett ta’ Gaetano. Izda huma kellhom itemmu l-btala fil-qasir minhabba li Nicola beda jinkwieta fuq ibnu wara li ma kienx qieghed iwiegeb it-telefonati tieghu.

 

Meta waslu Malta, Nicola kien mar ifittex lil Gaetano fil-post tan-negozju li ghandu l-missier bl-isem ta’ “Cinque Stelle” fi Triq il-Hgejjeg, f’San Pawl il-Bahar, kantuniera ma’ Triq id-Damasku u ftit metri ’l boghod mir-residenza tagh­hom. F’dan in-negozju, Nicola jaghmel xoghol ta’ gipsum, trinek, xoghol ta’ ceramika, suffetti u ohrajn. L-ewwel suspett li kellu l-anzjan li seta’ kien gara xi haga kien meta sab il-wajers tat-telefon maqlughin u l-kelb tal-familja bil-guh u msakkar fit-toilet tan-negozju. Ftit wara d-9.20 p.m. tal-Hamis stess, il-missier fetah il-mahzen fi Triq id-Damasku fejn ghandu ukoll kamra zghira li juza biex inixxef ix-xoghol permezz ta’ shana qawwija.

Kif dahal fil-mahzen, flimkien ma’ Charlene Law – wahda mill-hbieb ta’ ibnu – innota li l-kamra tat-tnixxif kienet maqfula meta s-soltu jhalliha miftuha. Kif Nicola fetah il-bieb ra lil ibu mitluq fl-art bil-gilda imxawta u wiccu mimli dmijja. Kien biss waqt l-awtopsja li sar maghruf li Romano inqatel b’sitt imsiemer f’ras.