Stiednu u allegatament seraqlu €3,000

Il-Pulizija mistenijja tressaq il-Qorti Egizzjan ta’ 32 sena mill-Mosta fuq allegat serqa minghand habib tieghu li stiednu d-dar u serqu.

Nhar il-Gimgha waranofsinhar Carmel Botterill ta’ 42 sena, ukoll mill-Mosta, stieden lill-Egizzjan fid-dar tieghu fi Triq il-Kbira. F’hin minnhom Botterill dahal jinhasel u pogga pouch li fih kellu ¢3,000 u diversi dokumenti personali f’kamra ohra qalb il-hwejjeg.

Jidher li meta l-ghada, is-Sibt, il-Malti mar biex jiehu l-pouch sab li dan kien nieqes. Minhabba li l-unika persuna li kien dahhal fir-residenza tieghu kien l-Egizzjan u ma kien sab ebda sgass fil-bieb, is-suspetti waqghu fuq il-barrani. Ghaldaqstant huwa mar jaghmel rapport fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Mosta fejn dawn, immexxija mill-Ispettu Paul Bond u s-Surgent Jonathan Vella, marru jaghmlu tfittxija fir-residenza tal-Egizzjan.

Kif il-Pulizija kienu qeghdin ifittxu u fethu l-bieba tal-forn tal-cooker. waqa’ pouch li kien imgezwer fi hwejjeg. Meta l-Pulizija fethu l-pouch fil-prezenza tal-Egizzjan, fih sabu d-dokumenti ta’ Botterill imma ma kienx hemm it-€3,000.