Sewwieq ta’ mutur imut f’Tal-Pietà

Karl Vella, guvni ta’ 29 sena mill-Belt Valletta, tilef hajtu f’accident tat-traffiku meta waqa’ minn fuq il-mutur tieghu u x’aktarx habat ma’ sigra.

Fatali Pieta' 24 05 09L-accident sehh ghal habta ta’ 12.25 a.m. sbieh il-Hadd meta Vella kien qed isuq mutur Piaggio DNA180 fi Triq ix-Xatt f’Tal-Pietà direzzjoni lejn il-Belt. Kif wasal madwar 150 metru ’l boghod mid-dawra, ir-rota tal-mutur hakket mal-bankina b’konsegwenza li Vella tilef il-kontroll tal-mutur. Marki li kien hemm mal-istess bankina juri li l-mutur ta’ Vella baqa’ jitkaxkar mal-bankina ghal aktar minn 60 metru. Jidher li meta l-mutur wasal hdejn wahda mis-sigar b’zokk ohxon, Vella inqaleb fuq ix-xellug u habat b’impatt qawwi mas-sigra u l-mutur mar lejn il-lemin. Persuni li kienu ghaddejjin qaluli li hekk kif Vella habat mas-sigra, il-helmet tar minn rasu.

Ftit tal-hin wara li sehh l-accident kienet ghaddejja unit mill-Iskwadra tal-Pulizija tal-Mobile fejn sabu diversi karozzi weqfin u lil Vella mitluq fuq il-banikina u fuq it-tarmak u l-helmet qrib is-sigra. Huma sejhu ghall-ambulanza li waslet fi ftit minuti. Mill-ewwel kien jidher li Karl Vella kien sofra griehi gravi hafna  tant li bil-kemm kien qed jiehu nifs.

Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn gie ccertifikat li kien f’periklu imminenti li jitlef hajtu. Filfatt huwa miet ftit wara s-1.30 a.m. Il-mutur li kien qed isuq Vella ma tantx garrab hsarat kbar hlief ghal fanal u parti ohra.

Fuq il-post tal-accident marru units ohrajn mill-Iskwadra tal-Mobile mmexxija mis-Surgent Luke Stivala kif ukoll dawk tad-Distrett immexxija mis-Surgenti Ivan Caruana u Valerie Farrugia flimkien mal-Kuntistabbli Joe Camilleri li minn naha taghhom informaw lill-Ispettur Carlo Ellul. Ghal xi hin fuq il-post fejn sehh l-accident kien hemm ukoll l-Ispettur Stephen Mallia.

Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Silvio Meli, ordna li ssir inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina u lill-espet Tekniku Joseph Zammit flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija bhala esperti tal-Qorti.

Dan kien il-hames accident fatali tat-traffiku din is-sena u t-tieni wiehed fejn halla hajtu sewwieq ta’ mutur.