Xeghel il-kutra tal-elettriku u hadet in-nar

Anthony Azzopardi ta’ 49 sena minn Tal-Pietà, x’aktarx li nhar il-Gimgha filghaxija qabel dahal jorqod hass il-bard tant li xeghel il-kutra tal-elettriku biex isahhan ftit is-sodda. Izda ftit wara li xeghel il-kutra, din hadet in-nar. Il-kaz sehh ghal habta tan-12.30 a.m.

In-nirien hakmu l-appartament ta’ Azzopardi li jinsab fi blokk bini fi Triq ix-Xatt, f’Tal-Pietà. Fuq il-post marru erba’ ingenji mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, immexxija mid-Deputat Direttur Patrick Murgo, kif ukoll ambulanza bhala prekawzzjoni. Il-Pulizija tad-Distrett, immexxija mis-Surgent Robert Everest, flimkien ma’ dawk mill-Iskwadra tal-Mobile assistew lil Azzopardi u lir-residenti tal-istess blokk bini fejn gew evakwati sakemm gew ikkontrollati n-nirien. Azzopardi u tifla ta’ 12-il sena kellhom jinghataw il-kura medika minhabba duhhan li belghu.

In-nirien ghamlu hsarat estensivi fl-ghamara u l-gallarija ta’ Azzopardi kif ukoll f’gallarija tal-appartament ta’ fuqu u xi hgieg, u units tal-aircondition f’appartamenti ohrajn.

Il-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna gie informat b’dan il-kaz.