Hasbu li kien terremot

Krejn San Giljan 20 05 09Residenti fit-toroq ta’ Vjal il-Qalb ta’ Gesù, Triq Birkirkara u toroq ohrajn fl-inhawi f’San Giljan, nhar l-Erbgha, 20 ta’ Mejju ghall-habta tad-9.20 a.m. hasbu li kien sehh terremot meta semghu hoss enormi, il-bini jiccaqlaq u nqata’ l-kurrent elettriku. Izda li gara kien li ‘tower crane’ li kien qed jithaddem ceda u spicca jistrieh ma’ blokk ta’ appartamenti.

Sorsi qaluli li kieku l-krejn gheleb ghan-naha l-ohra kienet issehh tragedja ghax kien jigi fuq l-Iskola tal-Qalb ta’ Gesù li kienet mimlija studenti, ghalliema u haddiema.

Krejn, wiehed minn dawk il-kbar, kien qed jintuza f’sit ta’ kostruzzjoni fi Vjal il-Qalb ta’ Gesù meta gheleb ghal isfel u spicca fuq blokk ta’ appartamenti fi Triq Birkirkara. Il-krejn kien qed jithaddem permezz ta’ ‘remote control’ minn operatur, Lawrence Camilleri ta’ 38 sena minn San Pawl il-Bahar, biex itella’ bajla bil-konkrit. Kif Camilleri nduna li kienet cediet sieq tal-krejn, beda jghajjat biex kulhadd iwarrab fejn kien hemm erba’ haddiema ohrajn.

B’xorti tajba dak il-hin ma kien hemm hadd fuq il-bejt ta’ blokk appartamenti fejn spiccat parti mill-krejn izda bit-tisbita enormi saru hsarat estensivi u anke tqacctu wajers tad-dawl.

Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa ta’ San Giljan, immexxija mill-Ispettur Martin Sammut u s-Surgent Martin Agius. Issejhu ukoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanzi bl-infermieri, flimkien ma’ Dr Jonathan Joslin mill-ERT. 

Bil-kaz giet informata l-Magistrat tal-Ghassa, Consuelo Scerri Herrera, li ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Marco Cassar, l-espert Tekniku Joseph Zammit u l-Pulizija tal-Fotografija bhala esperti tal-Qorti. Gew informati ukoll l-ufficjali tal-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol.