Immigrant jaggredixxi Careworker

Wiehed mill-Careworkers li jahdem mal-klandestini, sofra griehi f’wiccu wara li kien aggredit minn klandestin f’Dar is-Sliem li tinsab f’Santa Venera.

Ghalkemm il-kaz sehh nhar is-Sibt, 16 ta’ Mejju, il-Pulizija baqghet ma harget ebda stqarrija dwaru. Sorsi li tkellmu mieghi qaluli li nhar is-Sibt ghal habta ta’ tad-9.30 p.m. instema’ ghajjat u storbju gej minn Dar is-Sliem li tinsab fi Triq il-Kbira San Guzepp. Ftit wara l-Pulizija gew informati li fil-post kien hemm grupp ta’ immigranti li bdew jaqalghu l-inkwiet.

Fi ftit hin waslu fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Surgent Justin Spiteri fejn sabu grupp ta’ immigranti kif ukoll wiehed mill-Careworkers, Emanuel Vella ta’ 50 sena minn Pembroke, li kien safa aggredit meta nghata daqqa ta’ ponn fuq wiccu.

Wara li l-istess Pulizija ikkalmaw is-sitwazzjoni u minn aktar stharrig irrizulta li l-aggressur huwa certu Yali Shurir Hersi, li ghalkemm mhux maghruf kemm ghandu età, is-sorsi qalulna li jidher li ghadu zghir.

Il-Pulizija mistenni tiehu passi kontra Hersi fejn mistenni jitressaq il-Qorti x’aktarx fis-seduta tad-Distrett tal-Hamrun.