Sabet diffikultajiet meta kienet qeghda tghodos

Gaynor Jones ta’ 53 sena, turista Ingliza, tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruhha f’diffikultajiet meta kienet qeghda tghodos bic-cilindri fic-Cirkewwa.

Il-kaz sehh nhar il-Hamis, 21 ta’ Mejju meta Jones kienet flimkien ma’ grupp ta’ ghaddasa u ma’ ‘instructor’ meta ghal habta tal-11.00 a.m. nizlu jghoddsu qrib il-moll tac-Cirkewwa. Meta kienu bejn 16 u 18-il metru taht il-wicc l-ilma, Jones bdiet thoss ugiegh u ghamlet sinjali lil dawk li kienu maghha li kellha bzonn titla’ lura fil-wicc.

Meghjuna minn shabha stess u l-‘instructor’, l-Ingliza ittelghet fil-wicc mitlufa minn sensiha u bdiet tinghata l-ewwel ghajnuna u messaggi fuq qalbha. Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza b’infermiera li hadu lil Gaynor Jones l-Isptar Mater Dei.

Kif twasslet l-isptar u ddahhlet fit-Taqsima tal-Emergenza, Jones instabet li qalbha kienet waqfet izda t-tobba, immexxija minn Dr Michael Spiteri, irnexxielhom jergghu igibu l-qalb thabbat. Sfortunatament il-kundizzjoni tal-Ingliza giet certifikata bhala wahda hazina u li tinsab fil-periklu imminenti li titlef hajjitha.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna li ordna inkjesta u hatar bhala esperti lill-Perit Richard Aquilina, lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-Kaptan Rueben Lanfranco biex jezamina c-cilindri li kienet qeghda tuza Jones.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Anzjan Paul Bond mill-Ghassa tal-Qawra.

Aggornament 24 ta’ Mejju  

Il-Hadd waranofsinhar il-Pulizija fi stqarrija ikkonfermaw li Gaynor Jones mietet tard nhar il-Gimgha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.