Pulizija u esperti tal-Qorti xtraw il-pilloli minn buthom

Ragel li deher li miet mewta naturali, irrizulta li l-kawza tal-mewt kienet bil-Meningite. Dan qajjem paniku fost dawk li dahlu fir-residenza tieghu, fosthom il-Pulizija u esperti mahturin mill-Qorti u meta talbu biex jingahtaw il-medicina, l-Awtoritajiet tas-Sahha irrifjutaw tant li kellhom jixtru l-pilloli minn buthom.

Nhar il-Hamis il-Pulizija gew informati li f’residenza fix-Xghajra kien hemm ragel ta’ madwar 50 li kien ilu ma jidher mill-gurnata ta’ qabel. Meta marru l-Pulizija tad-Distrett u fethu l-bieb sabu lir-ragel mejjet b’dik li deheret bhala mewta naturali. Izda bhala procedura xorta wahda ssejhu l-esperti tal-Qorti, il-Pulizija tal-Fotografija kif ukoll il-Pulizija tal-hearse biex igorru l-kadavru lejn il-kamra mortwarja.

Meta l-ghada filghodu saret l-awtopsja irrizulta li r-ragel miet kawza tal-Meningite. Ghaldaqstant dawk li kienu fejn kienet qed issir l-awtopsja hadu mill-ewwel il-pilloli Ciproxin izda dawk li b’xi mod kellhom kuntatt jew kienu qrib il-kadavru ma nghatawx.

Ghalhekk dawk kollha li dahlu fir-residenza tar-ragel marru l-Isptar Mater Dei biex jinghataw dawn pilloli antibajotici kontra l-Meningite. Izda minkejja l-parir minn tabib espert li kull min kellu xi kuntatt mal-kadavru kellu jinghata z-zewg pilloli, l-awtoritajiet tal-isptar baqghu jirrifjutaw li jipprovdu z-zewg pilloli. Fost dawn kien hemm il-Pulizija tad-Distrett, il-Perit Richard Aquilina, il-Pulizija tal-Fotografija u ohrajn.

Sorsi qrib l-istess Sptar Mater Dei, qaluli li baqghet issir insistenza biex tigi provduta l-kura ta’ prekawzjoni izda kien kollu ghalxejn. L-istess sorsi qalulna li meta raw li minkejja li dawn issejhu biex jaghtu servizz lill-istat meta marru fuq il-post fejn instab il-kadavru, u l-istes stat ma kienx se jipprovdi l-pilloli, jidher li ma kellhomx ghazla ohra hlief li jixtru l-medicina minn buthom.

Meta staqsejt lil Dr Charmaine Gauci mit-Taqsima tal-Promozzjoni tas-Sahha dwar dan il-kaz. Hija qalet li giet informata u spjegat li la darba l-persuna li jkollha l-Meningite tmut, allura l-virus imut mieghu. Hija qalet li ma tarax ghalfejn dawk li dahlu fir-residenza tar-ragel meta dan kien digà mejjet kellhom jinghataw l-antibajotici.

Minn naha l-ohra tobba li tkellmu maghna qalulna li l-Menigite hija ‘bakterja’ u ghalhekk ma tmutx mill-ewwel mal-persuna.