Sudaniz jaqla’ daqqa ta’ sikkina f’dahru

Glieda li nqalghet bejn xi klandestini fic-Centru Miftuh fil-Vilagg tal-Kampijiet f’Hal Far spiccat biex Pulizija, suldati u klandestini jweggghu u kellhom jinghataw il-kura medika. Din il-glieda sehhet nhar il-Hamis, 21 ta’ Mejju wara li ftit qabel sar rejd fl-istess post fejn instabu madwar 26 klandestin li kienu harbu minn centri ta’ detenzjoni fil-gimghat li ghaddew. Sudaniz ittiehed l-isptar wara li safa ferut b’daqqa ta’ arma bil-ponta.

Ir-rejd fil-kampijiet ta’ Hal Far beda ghall- habta tal-5.15 a.m. u tmexxa mill-Kaptan Mark Anthony Borg u l-Logotenent Chris Zammit Cordina, li ghalkemm huma fizzjali mal-FAM bhalissa huma responsabbli mis-sigurtà u d-dixxiplina mad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni (DS). Flimkien mal-membri tad-DS hadu sehem ukoll il-Pulizija.
Kif bdew bit-tfittxija uhud mill-klandestini pprovaw jaharbu izda dawn inzammu kemm mill-membri tad-DS kif ukoll mill-Pulizija. B’kollox instabu madwar 26 klandestin li ma kellhom ebda dokument u wara aktar stharrig irrizulta li dawn kienu harbu minn centri ta’ detenzjoni.

Sadanittant ftit wara li ntemmet din l-operazzjoni, qamet glieda bejn zewg klandestini, x’aktarx b’konnessjoni mar-rejd li sehh aktar qabel fejn qed ikun allegat li kien hemm min ipponta subghajh lejn xi uhud li setghu kixfu lil dawk li kienu mfittxijin mill-awtoritajiet.

Meta l-Pulizija waslu fuq il-post sabu lil certu Ahmed Bashir Rashed ta’ 31 sena mis-Sudan li kien imcappas bid-demm fejn allega li kien safa aggredit minn klandestin iehor mis-Sudan, Ismael Abubaker ta’ 31 sena. Jirrizulta li dawn it-tnejn kellhom argument shun fuq il-bejt tal-ufficcju li hemm qabel tidhol ghall-kampijiet. Waqt dan l-argument Rashed qala’ daqqa ta’ sikkina jew mus f’dahru.

Kif il-Pulizija kienu qeghdin jeskortaw lil Abubaker lejn il-karozza tal-Pulizija biex jittiehed l-Ghassa ta’ Birzebbuga ghal akta stharrig, Ahmed Bashir Rashed waddablu xi gebel u anke mar ghalih biex jaggredih b’gebla. F’din il-konfuzzjoni, Abubaker u l-Kuntistabbli li kien qed jeskortah, PC Duncan Schembri mill-Iskwadra tal-Mobile, spiccaw jigu imbutati fl-art.

Meta l-Pulizija pruvaw jikkalmaw lil Rashed, dan qabad l-ingravata ta’ Kuntistabbli iehor, PC Shaun Vassallo tad-Distrett, u gibidilu fejn parti mill-uniformi iccapset bid-demm.

Ahmed Bashir Rashed ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn griehi hfief ikkawzati minn strument bil-ponta. Il-Pulizija ghamlu tfittxija ghall-arma izda din ma nstabitx.

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz qed jitmexxa mill-Ispettur Priscilla Caruana flimkien mas-Surgent Mario Mercieca.