Haddiem jaqa’ gholi ta’ sular u nofs

Nazzareno Galea ta’ madwar 50 sena minn Birkirkara sofra griehi gravi meta waqa’ minn gholi ta’ madwar sular u nofs fuq sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara stess.

Waqa' B'Kara 22 05 09L-accident sehh nhar il-Gimgha ghal habta tal-11.30 a.m. fil-Wied ta’ Birkirkara fejn qeghda tittella’ struttura mill-kumpanija Zahra Ltd ftit metri ’l boghod mill-istabbiliment tal-McDonalds. Dak il-hin Galea kien qed jahdem fuq in-naha ta’ wara meta tilef il-bilanc u baqa’ niezel minn gholi ta’ aktar minn sitt metri u spicca f’xaft.

Kienu shabu l-haddiema stess li cemplu ghall-ghajnuna fejn fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li tellghu lil Galea mix-xaft. Fuq il-post kien hemm ambulanza b’infermier li taw l-ghajnuna lill-haddiem sakemm twassal l-Isptar Mater Dei. Gew imsejhin ukoll il-Pulizija tad-Distrett fejn fejn sehh l-accident marru l-Ispettur Nicolai Sant, is-Surgent Jeffrey Schembri u l-Kuntistabbli Duncan Barbara mill-Ghassa ta’ Birkirkara.

Il-Pulizija tal-fotografija kif ukoll l-ufficjali mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol ukoll issejhu fuq is-sit ta’ kostruzzjoni fejn waqa’ Galea.

Sa aktar minn erba’ sieghat wara li sehh l-accident, il-Pulizija ma kienux f’pozizzjoni li jikkonfermaw jekk Galea kienx fil-periklu tal-mewt jew le ghax ma kienux ghadhom gew informati mill-Isptar Mater Dei dwar il-qaghda tal-haddiem.