Bullits tas-suldati u dilettanti qrib l-ghelieqi

Safi shooting rangeDiversi bdiewa lmentaw dwar bullits sparati minn armi tan-nar waqt tahrig tas-suldati u dilettanti li qeghdin jispiccaw fl-ghelieqi u proprjetà taghhom f’Hal Safi.

Nhar is-Sibt mort fl-inhawi ta’ ‘il-Karwija’ f’Hal Safi wara li waslu ilmenti dwar bullits sparati minn pistoli li qeghdin jispiccaw fl-ghelieqi taghhom kemm waqt li jkunu qieghdin jahdmu fir-raba’ taghhom kif ukoll meta jkunu mal-familji.

Meta morna fuq il-post u dorna fl-inhawi gbarna xejn inqas minn 12-il balla ta’ kalibru .38mm. Uhud mill-bdiewa qaluli li huma gabru balal anke minn aktar minn 300 metru ’l boghod. Balla minnhom anke laqtet arblu tad-dawl u ohrajn spiccaw qrib hafna taghhom.

Meta staqsejna sors taghna li huwa midhla sew tal-munizzjon u l-armi, dan qalilna li minkejja li meta l-balla ttir aktar minn 200 metru u l-qawwa taghha tkun naqset, xorta wahda jekk tolqot lil xi hadd tista’ tkun tkorrih gravi skont fejn jintlaqat.

Minn naha l-ohra meta xi snin ilu kien tressaq ilment mal-Forzi Armati, dawn kienu hadu l-prekawzzjoni u ziedu tliet filati ohrajn ma’ hajt li kien digà gholi 19-il filati u li warajh isir l-isparar. Mistoqsija jekk il-bdiewa jigux avzati li se jkun hemm it-tahrig tal-isparar biex jiehdu l-prekawzjonijiet, qalulna li l-Armata jtellghu bandiera hamra.

Tkellimt ukoll ma’ xi dilettanti li juzaw ir-range u dawn qalu li mhux facli li bullits jispiccaw wara dak il-hajt gholi. Izda minn naha l-ohra ma jeskludux li jista’ jkun hemm xi hadd, anke suldati, li forsi jizbalja jew jabbuza. Ohrajn qalu li l-bullits li gbarna setghu kienu ilhom hemm wara li kien tnaddaf il-post u meta ntrema’ xi materjal kien hemm dawn il-bullits li filfatt kienu fir-ramel li hemm wara t-targets.

Huwa mifhum li l-Kunsill Lokali ta’ Hal Safi gie informat b’dan l-inkonvenjent u anke sar rapport mal-Pulizija u l-Armata.

Aggornament 23 ta’ Mejju  

Din l-istorja qajmet reazzjoni fost id-dilettanti tal-isparar li jmorru jipprattikaw l-isport favorit taghhom fir-ranges tas-suldati ta’  Hal Safi.

Kienu diversi dilettanti tal-isparar li kkummentaw (ara comments) fejn qalu li l-bullits li jidhru fir-ritratt juri li dawn qatt ma kienu missew ma’ hamrija kif allegaw il-bdiewa. L-istess bdiewa qalu li dawn il-bullits qeghdin jispiccaw fl-ghelieqi taghhom kemm waqt li jkunu qieghdin jahdmu fir-raba’ taghhom kif ukoll meta jkunu mal-familji.

Izda dan kollu gie michud mill-istess dilettanti tal-isparar. Dawn qed jghidu li  mir ritratt jidher car li l-bullits ghamlu zmien twil fir-ramel u mhux fil-hamrija hekk kif jidher li ghad hemm ticpis u anki ramel maghqud imwahhal mal-bullits.

“Bazikament biex bullit tasal, jekk tasal, sa 300 metru kif qed jallegaw il-bdiewa, trid tigi sparata ’l fuq hafna u ma tistax tispicca maghfga ghax ma tkun habtet ma’ mkien hlief mal-hamrija” qalilna wiehed mid-dilettanti.

Persuna ohra qaltilna li dawk il-bullits jidhru sew li nhargu mir-ramel li hemm wara t-targits li hemm fir-range ta’ Hal Safi u mhux mill-hamrija.  Li kieku dawn il-bullits baqghu ghaddejjin minghajr ma messew mar-ramel u dritt ghall-ghelieqi ta’ wara, ma kienx ikollhom ‘residue’ ta’ ramel imwahhal maghhom izda hamrija.