Jistghu ma jiehdu xejn b’lura

POLICE 40HRBhalissa l-maggoranza tal-Pulizija qeghdin jistaqsu jekk humiex se jibdew jigu stmati bhal haddiema ohrajn fl-Unjoni Ewropea u jahdmu gimgha ta’ 40 siegha. Izda jidher li biex il-Gvern u l-Korp jiffrankaw eluf kbar ta’ Ewro f’arretrati, jista’ jispiccaw li hadd ma jiehu xejn b’lura meta tidhol fis-sehh il-gimgha ta’ 40 siegha.

Minn stharrig li ghamilt jirrizulta li skont id-“Direttiva tal-Hinijiet tax-Xoghol” tal-2004 il-haddiema kollha fl-UE iridu jahdmu gimgha ta’ 40 siegha u aktar minn 40 siegha jithallsu overtime. Din izda ma tapplikax ghall-Pulizija, l-Armata u dawk li jipprovdu servizzi essenzjali.

Izda l-ligi l-gdida tad-“Direttiva tal-Hinijiet tax-Xoghol” li mistennija tkun finalizzata fil-futur qrib hafna, il-gimgha ta’ 40 siegha se tkun ghal kulhadd inkluzi l-Pulizija. Din il-ligi izda xorta se thalli lil dawk il-kumpaniji, unjins u haddiema hielsa biex jinnogozzjaw anke gimgha ta’ aktar minn 40 siegha.

Is-sorsi li tkellimt maghhom qaluli li jekk l-UE tiddeciedi li din id-direttiva tigi fis-sehh b’lura mill-2004, xorta wahda hemm min jista’ jibqa’ b’xejn. Dan minhabba li flus bl-arretrati jistghu jiehdu b’lura sa sentejn minhabba li s-snin ta’ qabel ikunu preskritti.

Izda fil-kaz tal-Pulizija, u s-servizzi l-ohrajn, il-Gvern jista’ jintroduci pakkett gdid minn dakinhar li tigi fis-sehh il-ligi. Dan jista’ jinkludi gimgha ta’ 40 siegha, izda minflok 25 sena servizz din tista’ titla’ ghal 30 sena. B’hekk dawk kollha li jkunu ghadhom fis-servizz jispiccaw ma jiehdu xejn b’lura. Sorsi minn Kastilja qaluli li bis-sitwazzjoni finanzjarja mwergha li jinsab fiha l-pajjiz, il-Gvern jista’ jidher sabih xorta wahda imma ssir ingustizzja mal-haddiem fosthom l-istess Pulizija, Armata u l-ohrajn.

Is-sorsi qalu li jekk il-Gvern jaghzel li jintroduci pakkett gdid u mhux b’lura, allura dawk il-hafna Pulizija li qed ihallu l-Korp wara 25 sena servizz, fejn hafna minnhom se jitilqu s-sena d-diehla, jispiccaw ma jiehdu xejn b’lura minkejja li s-sentejn ta’ qabel ikunu hadmu hafna sieghat zejda skont id-“Direttiva tal-Hinijiet tax-Xoghol”.

Sorsi mid-Depot tal-Pulizija qaluli li fil-jiem li ghaddew il-Ministru tal-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, kellu laqgha mal-Kummissarju tal-Pulizija fejn giet diskussa mhux biss il-kwistjoni ta’ gimgha ta’ 40 siegha imma ukoll ghaliex mhux il-Pulizija kollha qieghdin jahdmu l-istess numru ta’ sighat. Filfatt hemm Pulizija li qeghdin jahdmu 46 siegha u ohrajn 48 siegha u sahansitra hemm min anke jahdem 56 siegha fil-gimgha.