Jisthu jmorru quddiem in-nies

Il-haddiema fic-Centri ta’ Detenzjoni fejn jinzammu l-klandestini, ilhom zmien twil jilmentaw mhux biss minhabba l-DETENTION SERVICESkundizzjonijiet li jahdmu fihom imma ukoll ghax qed ihossuhom li huma haddiema tat-tieni klassi.

Kienu hafna minn dawn il-haddiema li lmentaw mieghi dwar il-mod kif qed ihossuhom xejn stmati u dan mhux biss mill-klandestini izda mill-awtoritajiet koncernati.

L-akbar ilment taghhom huwa li minkejja li issa hemm min ilu jahdem ghal dawn l-ahhar tliet snin, ghadhom fuq il-kotba bhala ‘casuals’. Dan ifisser li x’hin l-awtoritajiet iridu jistghu legalment itemmulhom l-impjieg ghax ma ghandhom irbit ta’ xejn u l-ebda sigurezza ta’ impjieg.

L-istess sorsi li tkellmu maghna qalulna li dawk li dahlu mad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni f’Gunju 2006 kienu inghataw gakketta, zewg qliezet, tliet qomos, zewg flokkijiet u par zarbun. Tliet snin wara dawn il-haddiema ghadhom bl-istess uniformijiet li nghataw meta dahlu l-ewwel darba.

“Dehlin fit-tielet sajf u kieku tara l-uniformi taghna,  tal-biki. Nisthu mmorru l-isptar bil-klandestini quddiem in-nies, tobba u infermieri. Uhud minnha qed nilbsu slipper. Il-qomos marrilom l-kulur u l-qalziet gie griz car” qaluli s-sorsi.

Hemm hafna minnhom spiccaw jixtru parti mill-uniformi minn buthom fosthom flokkijiet u zraben.

Dawk li tkellmu mieghi lmentaw ukoll dwar kif jitqassam l-overtime fejn hemm min qed jaghmel hafna sieghat fix-xahar zejda u ohrajn li mhuma jaghmlu xejn. Dan kemm fic-Centru ta’ Detenzjoni ta’ Hal Far kif ukoll f’Hal Safi. Is-sorsi qalulna li hemm diskrepanzi kbar minn certi haddiema u qed jistaqsu min qed jikkontrolla l-awtorizzazzjoni tal-overtime u min qed japprovah.