Hames persuni jinghataw l-ghajnuna medika

SLIEMA FIRE 15 05 09Hames persuni, fosthom Surgent u Kuntistabbli tal-Pulizija, inghataw l-ghajnuna medika fuq il-post wara li nirien fuq bejt imlew blokk appartament bid-duhhan.

Nhar il-Gimgha ghal habta ta’ 11.40 a.m. is-Surgent Paul Cassar u l-Kuntistabbli Kurt Zahra mill-Iskwadra tal-Mobile, kienu ghaddejjin fuq ronda mix-Xatt ta’ Tas-Sliema meta nnuttaw duhhan kbir hiereg mill-ahhar sular ta’ blokk appartament ta’ tmin sulari.

B’riskju ghalihom personali, PS Cassar u PC Zahra dahlu fil-blokk ta’ appartamenti u baqghu telghin sa fuq nett fejn sabu nirien qawwija li hakmu l-membrane li kien qieghed jitpogga fuq il-bejt min zewg haddiema. Iz-zewg membri tal-Korp ghenu lill-haddiema jinzlu barra fit-triq izda minhabba d-dhahen qawwija kemm iz-zewg haddiema kif ukoll iz-zewg Pulizija belghu hafna duhhan. Id-dhahen dahlu ukoll f’appartament ohrajn bl-aktar dak li jintlaqat huwa ta’ Joe Grima, l-eks-ministru Laburista, li jinsab ezatt taht fejn kien hemm in-nirien. Filfatt Joe Grima sofra grieh f’riglejh meta zelaq it-tarag kif kien nizel biex ma jinqabadx fin-nirien.

Sadanittant fuq il-post waslu diversi ingenji mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll zewg ambulanzi b’infermieri u t-tobba mill-ERT immexxija minn Dr Jonathan Joslin. Dawn taw l-ghajnuna medika fl-ambulanzi stess liz-zewg haddiema, lis-Surgent u l-Kuntistabbli kif ukoll lil Joe Grima. Hadd minn dawn il-hames persuni ma kellu bzonn jiddahhal l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport tal-accident.