Se jkun mixli t-tieni ufficjal

L-Ispetturi Joseph Agius u Robert Vella, nhar il-Gimgha pprezentaw citazzjoni kontra t-tieni ufficjal tal-Forzi Armati b’konnessjoni mal-mewt ta’ Gunner Matthew Psaila li sehhet fi Frar li ghadda waqt tahrig f’Chadwick Lakes.

Il-Pulizija digà pprezentaw citazzjoni kontra Logotenent tal-FAM dwar l-istess kaz fejn fost l-akkuzi hemm negligenza b’konsegwenza li b’mod involontarju kkawza l-mewt ta’ Gunner Psaila ta’ 19-il sena minn Ta’ Xbiex u li bhala ufficjal pubbliku, kien fi dmir li jara li dan ma jsehhx. Wara aktar stharrig l-istess Pulizija pprezentaw citazzjoni kontra Lance Bombardier ta’ 31 sena minn Pembroke fejn l-akkuzi huma l-istess bhal tal-Logotenent. Izda fil-kaz tal-Lance Bombardier, zdiedet l-akkuza li huwa recediv minhabba reat li huwa wettaq qabel dahal suldat.

Il-kaz ta’ Gunner Psaila jmur lura ghal nhar il-Gimgha, 13 ta’ Frar li ghadda, meta Psaila flimkien ma’ grupp ta’ suldati ohrajn mis-‘C’ Company Special Duties, kienu Chadwick Lakes ghal tahrig fl-ilma. Kif kienu ghaddejjin minn taht pont u f’ilma kiesa uhud minnhom qabadhom paniku meta sabu dizlivell u spiccaw taht l-ilma. Dawn inghataw l-ghajnuna minn ufficjali ohrajn izda hadd ma nduna li fil-qiegh kien ghad hemm Matthew Psaila. Kien aktar minn sitt minuti wara li ndunaw li Gunner Psaila kien nieqes u bdiet tfittxija ghalih f’ilma imdardar u kollu tajn.

Meta Psaila instab u ttella’ ma kienx qed jiehu nifs u kien l-intervent tas-suldati li sakemm waslet l-ambulanza zammew lis-suldat haj permezz tan-nifs artificjali u messaggi fuq qalbu. Meta ttiehed l-Isptar Mater Dei huwa baqa’ jinzamm haj permezz tal-magni izda ma’ sbieh it-Tnejn, fis-16 ta’ Frar Gunner Psaila miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

UPDATE: SALVA TLIET SULDATI

Sadantittant wara li hareg ir-rapport ta’ hawn fuq, gejt ikkuntattjat minn sorsi qrib il-FAM fejn qaluli li l-Lance Bombardier li qed ikun akkuzat, dakinhar li sehh il-kaz kif ra lis-suldati f’paniku qabez fl-ilma u salva zewg suldati rgiel u suldat  mara filwaqt li l-kumplament tal-grupp, madwar hames suldati ojrajn kienu salvati minn ufficjali ohrajn.

Izda meta komplejt nistharegg ghaliex il-Pulizija xorta wahda harget citazzjoni kontra l-Lance Bombardier, irrizulta li dan l-ufficjal kien responsabbli mis-suldati meta kienu ghaddejjin minn taht il-pont u ghalhekk kellu jara li dawn ma jigrilhom xejn meta filfatt mhux biss spiccaw kwazi gherqu imma wiehed minnhom, Gunner Psaila,  ghereq u hadd ma nduna li kien fil-qiegh b’konsegwenza li jumejn wara miet fl-Isptar Mater Dei.