Pulizija fuq bjut tan-nies ifittxu ragel

Fil-lejl ta’ bejn nhar il-Hadd u t-Tnejn li ghadda diversi resident li joqghodu fi Sqaq l-Imriehel u Triq l-Imriehel f’Birkirkara qamu mahsudin bil-kommossjoni li kien hemm.

Ghal habta tas-1.00 a.m. il-Pulizija gew informati li kien hemm argument f’residenza fi Sqaq l-Imriehel. Irrizulta li  waqt l-argument il-mara sofriet griehi f’idejha meta inksret hgiega izda allegatament ir-ragel ma riedx li l-mara ggib ambulanza. Qed ikun allegat li  meta l-mara insistiet li sejjah ambulanza, r-ragel allegatament qabad sikkina u beda jhedded lil mara biha.

Fuq il-post gew imsejhin il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll mill-Iskwadra tal-Mobile li meta waslu fuq il-post sabu li r-ragel kien tela’ fuq il-bejt u meta marru ghalih dan harab bil-Pulizija jaqbzu fuq il-bjut tal-girien biex ifittxuh. Minkejja t-tfittxija damet sejra ghal diversi sighat, ir-ragel baqa’ ma nstabx.

Kien madwar tliet sighat wara li r-ragel mar lura d-dar fejn sab lill-Pulizija jistennewh u zammewh biex jghinhom fl-istharrig li qed jitmexxa mill-Pulizija tad-Distrett.