Inzul ta’ emergenza f’ghalqa f’Wied Rini

 Emergency LandingL-esperjenza li akkwista Dr Soler bhala pilota ta’ ajruplan zghir, swietu biex ghamel inzul ta’ emergenza f’ghalqa biex kemm hu kif ukoll martu ma sofrew ebda griehi hlief ghal xokk.

Nhar l-Erbgha l-ispecjalista tat-tfal, Dr Soler ta’ 46 sena u martu Edwina ta’ 42 sena, ghal habta tal-11.45 a.m. telqu minn Hal Luqa abbord ajruplan zghir b’magna wahda ICP-MXP-740 Savannah tal-Aeroclub Malta bir-registrazzjoni 9H-UMJ. Minn Hal Luqa taru ghal fuq il-Belt u mad-dawra tal-kosta sa Ghawdex u lura. Kif kienu qed itieru qrib  l-irdumijiet tal-Bahrija, zviluppatlu hsara fil-magna u waqfet.

Dr Soler ghamel kuntatt mat-Torri tal-Kontroll f’Hal Luqa fejn informahom li kien se jkolli jaghmel inzul ta’ emergenza. B’hila kbira Dr Soler baqa’ jtajjar l-ajruplan minghajr l-uzu tal-magna, jew kif jghidu ‘igglajdja’, sakemm ra ghalqa fejn seta’ jnizzel l-ajruplan. Peress li meta waqfitlu l-magna huwa kien qed itir madwar 1,500 pied mill-livell tal-bahar, u l-ghalqa li mmarka kienet fuq l-irdumijiet, allura ma tantx dam biex nizzel l-ajruplan. Qabel nizel huwa pprapara lil Edwina ghal inzul xi ftit raff. Waqt li kien niezel Dr Soler kellu jevita wajers tal-High Tension kif ukoll hitan tas-sejjiegh.

Minnufih it-Torri tal-Kontroll qajjem l-allarm fejn fl-inhawi bdew jersqu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, ambulanza, il-Pulizija kif ukoll il-FAM. Mindu Paul Soler sejjah ghall-ajjut sakemm ghamel l-inzul ma kienx hemm aktar kuntatt mat-Torri tal-kontroll ghaldaqstant sa dak il-hin hadd ma kien jaf ezatt fejn kien nizel.

Malli l-ajruplan miss mal-hamrija inkisrtilu wahda mir-roti izda l-koppja Soler ma sofriet ebda griehi. Kif l-ajuplan gie lokalizzat inbghat helikopter AB212 tal-Missjoni Militari Taljana f’Malta fejn illandja f’ghalqa fil-qrib. Minhabba li Edwina dehret qeghda ssofri minn xokk minn din l-esperjenza, hija ttiehdet l-Isptar Mater Dei permezz tal-istess helikopter filwaqt li r-rescuer baqa’ mat-tabib sakemm fuq il-post waslu l-Pulizija tad-Distrett, tal-Mobile u tal-ALR. Wara li Edwina Soler inghatat il-kura medika hija ntbghatet id-dar. Minn naha l-ohra Paul Soler deher li ma kellu xejn tant li ftit wara huwa tkellem mal-gurnalisti fuq il-post stess.

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz qed jitmexxa mill-Ispetturi Joseph Agius u Ramon Mercieca tad-Distrett.