Ikorri gravi bil-mutur

MVA San Gwann 09 05 09Wara l-accident fatali ta’ sewwieq ta’ mutur nhar il-Gimgha f’Haz-Zabbar, l-ghada is-Sibt sewwieq iehor ta’ mutur sofra griehi gravi f’accident f’San Gwann.

Il-kaz sehh ghal habta ta’ 12.15 p.m. fi Vjal ir-Rihan meta karozza Kia misjuqa minn ragel ta’ 33 sena mir-Rumania kien lest biex idur fuq il-lemin ghal Triq il-Kappella li tigi ezatt faccata tal-Knisja. Dak il-hin mill-istess direzzjoni kien gej Jason Mifsud ta’ 35 sena minn Tas-Sliema fuq mutur Honda li x’aktarx ma indunax li l-Kia kienet se ddur b’konsegwenza li baqa’ diehel fiha u tkaxkar ghal diversi metri.

L-ewwel ghajnuna li nghatat lil Mifsud kienet mill-Kuntistabbli Paul Sheehan li sejjah ghall-assistenza medika. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lil Mifsud l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn grieh gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt. Il-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Surgent Robert Said hejjew rapport tal-accident.

Ghal xi hin it-triq fid-direzzjoni lejn San Giljan inghalqet ghat-traffiku mill-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku.