Missier u ibnu jaqghu gholi ta’ sular

PAOLA FALL 09 05 09Ragel li kull meta jista’ jmur jghin lil ibnu jirranga post f’Rahal Gdid sofra griehi gravi meta flimkien ma’ ibnu waqghu gholi ta’ madwar sular fil-post stess.

L-accident sehh nhar is-Sibt ghal habta tas-2.15 p.m. fi Triq Mater Boni Consilii meta r-ragel ta’ 59 sena u ibnu ta’ 27 sena, it-tnejn minn Wied il-Ghajn, kienu qeghdin jaghmlu xoghol fuq il-bejt meta cedew xi xorok b’konsegwenza li baqghu nizlin ghal isfel. Il-konsegwenzi setghu kienu aktar gravi imma fis-sular ta’ taht kien hemm fallakka li ghalkemm inkisret bit-toqol taz-zewg irgiel u bix-xorok, serviet biex taffiet it-tisbita. Il-missier u ibnu spiccaw fit-tarag fejn filwaqt li t-tifel sofra griehi f’rasu, missieru kien iktar gravi.

Fuq il-post waslu zewg ambulanzi b’infermieri u tabib. It-tim mediku infaxxa ras iz-zaghzugh li sofra xi griehi f’rasu tant li kellu ukoll xi dmijja. Minn naha l-ohra missieru inhareg fuq stretcher isofri minn ugiegh f’sidru u partijiet ohrajn izda mhux fil-periklu tal-mewt. Iz-zewg irgiel ittiehdu l-Isptar Mater Dei ghal aktar kura.

Il-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Surgent Brian Caruana u l-Kuntistabbli Dino Farrugia hejjew rapport tal-accident.