Sewwieq ta’ mutur jitlef hajtu f’habta ma’ vann

 Harrington Fatali 08 05 09Keith Harrington ta’ 30 sena minn Santa Venera izda residenti Ghawdex, miet kif wasal l-Isptar Mater Dei wara li habat bil-mutur, li kien qed isuq, ma’ vann Transit.

L-accident fatali, it-tieni wiehed din il-gimgha u r-raba’ wiehed din is-sena, sehh il-Gimgha ghal habta tas-1.05 p.m. fi Triq Wied il-Ghajn f’Haz-Zabbar. Dak il-hin Harrington kien sejjer fid-direzzjoni ta’ Haz-Zabbar filwaqt li l-vann Transit, misjuq minn Steve Muscat ta’ 26 sena minn Wied il-Ghajn, kien sejjer fid-direzzjoni ta’ Wied il-Ghajn.

Kif Muscat kien qed idur lejn il-lemin biex jidhol fi Triq iz-Zabra, gie Harrington u laqat il-vann fuq il-genb in-naha ta’ wara. Minkejja li l-impatt kien wiehed minimu, Harrington tkaxkar bil-mutur fejn l-istess mutur waqaf taht rota ta’ karozza Peugeot misjuqa minn mara ta’ 34 sena mill-Kalkar li kienet gejja mid-direzzjoni opposta u Harrington baqa’ jitkaxkar ghal madwar zewg metri ohra.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier flimkien mat-Tabib Michael Spiteri mill-ERT li bdew minnufih jippruvaw isalvaw il-hajja tar-ragel. Kif twassal fid-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei, Keith Harrington tilef hajtu.

B’din it-tragedja gie informat il-Magistrat Dr Silvio Meli li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina, lit-Tekniku Joseph Zammit, lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-Avukat Joe Mifsud bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficajli tal-Fotografija.

Il-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Jesmond Borg u s-Surgent Michael Buttigieg, qed jinvestigaw dan l-accident fatali.

Din kienet it-tieni fatalità din il-gimgha wara dak tal-Kuntistabbli Dennis Sammut li miet nhar l-Erbgha fin-Naxxar. It-Tnejn l-ohrajn saru f’Hal Lija fl-4 ta’ April u fil-Mosta fit-30 ta’ April.