Salvati 227 klandestin li ma riedhom hadd

maroni-cmbDin mhix loghba ‘Chess’ – Il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici

Il-Ministru ghall-Gustizzija u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, qal li t-Taljani ma ghamlulna ebda pjacir meta hargu u salvaw 140 klandestin li kienu qrib Lampedusa. Huwa qal li din mhix xi loghba ‘chess’ bejnu u bejn il-Ministru Taljan Roberto Maroni.

Ghalkemm sa waranofsinhar ta’ l-Erbgha, 6 ta’ April kien ghadu qed jinghad li kien 140 fuq zewg dghajjes, irrizulta minn midja Taljana li filfatt kien kien tliet dghajjes b’227 klandestin fosthom 40 mara. Dawn kienu madwar 50 mil mill-gzira Taljana ta’ Lampedusa u thallew bejn sema u ilma ghal diversi sighat minhabba li l-Awtoritajiet Taljani baqghu jirrifjutaw li johorgu ghalihom ghax dawn kienu fl-ibhra ta’ salvatagg ta’ Malta. Meta gew salvati uhud mill-klandestini qalu li kienu ilhom fuq il-bahar madwar hamest ijiem.

F’konferenza tal-ahbarijiet li ta tard waranofsinhar, il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici qal li t-Taljani ma jridux jiehdu lil dawn il-persuni meta jkunu taht geddumhom, hi legalment inaccettabbli. Huwa qal li Malta qed tibghat messagg car li se nibqghu nikkordinaw is-salvatagg fiz-zona ta’ tfittix u salvatagg (SAR) li hija responsabilità taghna, imma se nimxu mal-ligi internazzjonali li dawk salvati jittiehdu fl-eqreb port sigur.

Dr Mifsud Bonnici qal li jekk xi vapur isalva lil xi persuni u l-eqreb port ikun Malta, allura se naccettaw li niehdu dawn in-nies bhal ma ghamilna fil-passat. It-Taljani, fosthom anke l-Ministru Maroni, qieghdin jghidu lill-midja Taljana li dawk li jkunu fl-SAR Maltija allura iridu jittiehdu Malta. Il-gurnal influwenti Taljan “Il Corriere della Sera”, ikkwota lil Maroni jghid li “jifhem din il-kwistjoni tohloq problemi ghal Malta, imma r-regolamenti iridu jigu rispettati. Dan ifisser li jekk id-dghajjes qieghdin f’ibhra Maltin, allura Malta trid tmur ghalihom“.

Mifsud Bonnici qal ukoll li fl-istess nifs it-Taljani qeghdin ihawdu l-SAR ma’ l-ibhra territorjali. Din hija attitudni zbaljata minn naha tat-Taljani. Huwa rega’ spjega li Maroni irid ihawwad lil  midja Taljana biex jiehu vantagg politiku issa li waslu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Mistoqsi minn l-orizzont u dan is-sit elettroniku jekk din issa ghadhiex “tilwima bejn hbieb”, il-Ministru Mifsud Bonnici qal li bhal kull tilwima tista’ teskala ghal-livelli aktar gholjin. Il-vjaggi mhumiex jibdew minn Malta imma mil-Libja. Dawn i-nies mhumiex jaharbu minn Malta biex imorru lejn l-Italja, sahaq Dr Mifsud Bonnici.

“Jekk il-Gvern Taljan irid jissoda l-hbieberija lesti li nkomplu nissudawa. Imma hadd mhu se jghaddi minn fuqna bhal tapit. Tista’ tidhak bina darba, imma mhux se tidhak bina it-tieni darba” qal Carmelo Mifsud Bonnici. Min naha l-ohra Mifsud Bonnici qal li minkejja dan kollu ma hemmx krizi diplomatika bejn iz-zewg pajjizi.

Huwa kompla jghid li t-Taljani ghandhom bastimenti u lanec bizzejjed biex johorgu jsalvaw dawn in-nies u ghaldaqstant ghandhom jonoraw l-obbilgi taghhom u johorgu ghalihom. Il-Ministru Malti kien car fil-messagg li jrid jghaddi lill-kollega tieghu Taljan u qallu “Imxi ta’ ragel u jien nimxi ta’ ragel”.

Il-midja Taljana rrapportat li l-Prim Ministru Malti, Lawrence Gonzi jghid li mhix accettabbli li t-Taljani naqsu li jsalvaw lil dawn il-persuni li kienu ftit passi boghod minn Lampedusa. Immedjata kienet ir-risposta tas-sotto segretarja tal-Affarijiet Barranin Taljana, Stefania Craxi. Hija qalet li baqghet “imbelha” bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Gonzi li akkuza lill-Guardia Costiera li ma tawx ghajnuna umanitarja lil dawn il-klandestini fl-ibhra Taljani. Hija riedet tfakkar li Guardia Costiera Taljana hija l-unika wahda li salvaw persuni anke f’ibhra territorjali mhux tat-Taljani.

Il-Ministru Mifsud Bonnici qal li bejn Marzu tas-sena l-ohra u Marzu ta’ din is-sena, il-Forzi Armati Maltin salvaw 3,500 klandestin fiz-zona tal-SAR Maltija u dan juri li ahna qeghdin nonoraw l-obbligi internazzjonali taghna. Kien dan il-hin waqt li kien qed ikellem lill-gurnalisti l-Ministru Mifsud Bonnici ircieva telefonata fejn gie informat li t-Taljani hargu biex jigbru lill-klandestini. Kif temm it-telefonata il-ministru qal li qed jiehu gost li t-Taljani salvaw lil dawn il-persuni imma ma ghamlulna ebda pjacir ghax dan kien obbligu taghhom.

Il-227 klandestin ingabru minn bastimenti tal-Guardia Costiera wara sighat ta’ qtiegh il-qalb ftit mili minn Lampedusa. Il-klandestini ghamlu l-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet Taljani permezz ta’ telefon satellitari l-Erbgha ghal habta tas-6.00 a.m. fejn talbu l-ghajnuna izda l-Awtoritajiet Taljani baqghu ma rrispondewx ghal din is-sejha ghax baqghu jsostnu li huma responsabilità tal-Maltin.

Kien aktar tard matul il-gurnata li t-Taljani ghamlu kuntatt mal-vapur Taljan “Lia Ievoli” biex imur jassisti lill-klandestini. Izda meta dan il-vapur mar fuq il-post indikat, il-kaptan irrapporta li ma kienx sab lill-klandestini fuq iz-zewg dghajjes u ghalhekk kompla fi triqtu lejn Tunez.

Il-klandestini kienu mistennija jiddahhlu Lampedusa. Skont l-istazzjon televiziv Taljan, ir-RAI, il-Ministru Maroni qal li hemm probabilità li klandestin li kienu salvati l-Erbgha jintbghatu lura lejn il-Libja. Huwa qal li ma kinitx ghadha ttiehdet decizjoni jekk fil-fatt dawn il-persuni humiex se jiddahhlu Lampedusa ghax jista’ jordna biex il-bastimenti tal-Guardia Costiera jibqghu sejrin bihom il-Libja.

Sadanittant mistoqsi minn dan il-gurnal dwar l-operezzjoni mill-Agenzija Frontex, il-Ministru Mifsud Bonnici qal li sa Ottubru li gej, meta tintemm l-operazzjoni ‘Nautilus 4’, l-unika ronda li se ssir minn fuq il-bahar bejn Malta u l-Libja, se ssir minn Patrol Boat tal-FAM. B’hekk kull dghajsa bil-klandestini li se tkun qed tivjagga bejn il-Libja u Malta li jispiccaw jitolbu l-ghajnuna meta jkunu qrib Malta, dawn se jispiccaw kollha f’pajjizna.

Mistoqsi ukoll jekk il-Gvern Malti hux se jibqa’ bil-kwistjonijiet mat-Taljani meta jaf li l-problema qed tibda mil-Libja, Mifsud Bonnici qal li bhalissa l-Ministru tal-Affarajiet Barranin Tonio Borg qieghed il-Libja u cert li l-kwistjoni tal-klandestini qeghda tigi diskussa.