Il-Korp tal-Pulizija mahsud bil-mewt ta’ kollega

fatali-pc-sammut-2L-Erbgha, 6 ta’ April il-Korp tal-Pulizija inhased hekk kif griet l-ahbar li kien tilef hajtu membru tal-Korp f’accident tat-traffiku. Il-hasda kienet akbar meta sar maghruf li l-vittma kien PC381 Dennis Sammut li kien stazzjonat bhala xufier fid-Distrett ta’ Birkirkara, Pulizija dedikat lejn xogholu u rispettat minn kull min hadem mieghu. Il-Kuntistabbli, missier ta’ xebba u guvni, dahal fil-Korp fil-5 ta’ Gunju 1978 u ghal dawn l-ahhar 15-il sena kien stazzjonat fl-Ghassa tan-Naxxar.

 L-accident sehh ghal habta tal-10.25 a.m. fi Triq Margaret A. Murray, fin-Naxxar, maghrufa ahjar bhala l-bypass ta’ Hal Gharghur. PC Sammut kien qed isuq karozza tas-servizz Ford Focus sejjer fid-direzzjoni tan-Naxxar meta tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li mar fuq in-naha l-ohra tat-triq li mid-direzzjoni opposta kien gej trailer li jgorr kontenituri bis-siment. Is-sewwieq tat-trailer, Joseph Borg ta’ 41 sena minn San Pawl il-Bahar, inhased kif ra l-karozza tal-Pulizija gejja dritt ghal gi fih izda ma seta’ jaghmel xejn biex jevita l-habta. L-impatt bejn il-Focus u trailer kienet qawwi tant lil-karozza daret thares fid-direzzjoni opposta. Fl-istess hin kienu gejjin zewg karozzi ohrajn, Volgswagen Polo misjuqa minn Ruth Mizzi ta’ 30 sena minn Tal-Pietà li maghha kellha tarbija, u Fiat Brava-sx misjuqa minn Zena Kostadinova ta’ 31 sena ta’ nazzjonalità Bulgara residenti l-Gzira li kif raw il-karozza tal-Pulizija ddur quddiemhom ippruvaw jiskapulawh izda laqatthom fil-gnub taghhom u spicca bejniethom.

Fuq il-post issejhu l-membri tas-salvatagg tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanzi bl-infermieri kif ukoll Dr Jonathan Joslin mill-ERT li beda jaghti l-ewwel ghajnuna medika lil Sammut. Izda minkejja t-tentativi ta’ Dr Joslin, il-Kuntistabbli Sammut miet fuq il-post. Kien biss Joseph Borg li ttiehed l-Isptar Mater Dei isofri minn daqqa fuq sidru izda ntbghat id-dar wara li n-nghata l-kura medika. Kemm Mizzi u t-tarbija kif ukoll Kostadinova ma sofrew ebda griehi.

Fi ftit hin waslu l-Pulizija tal-Mobile, tat-Traffiku u tad-Distrett li dehru ixxukjati kif raw lil kollega taghhom mejjet fil-karozza tas-servizz. It-triq inghalqet ghat-traffiku miz-zewg nahat. Aktar ma beda jghaddi l-hin bdew jaslu diversi ufficjali tal-Pulizija fosthom il-Kummissarju John Rizzo u d-Deputat Kummissarju Joseph Cachia, l-Assistenti Kummissarji Paul Sammut, Pierre Calleja u Josie Brincat u s-Supretendenti Raymond Zammit u Antonello Grech flimkien ma diversi spetturi. Il-membri kollha tal-Korp dehru xxukjati l-aktar dawk li hadmu direttament maghhom fid-distrett. Il-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija, Fr Raymond Bonnici, ukoll mar fuq il-post tal-accident fejn talab fuq il-kadavru ta’ Sammut.fatali-pc-sammut-1

B’dan l-accident fatali, it-tielet wiehed din is-sena, giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Jacquiline Padovani li mexxiet l-access fuq il-post u hatret lit-Tekniku Joseph Zammit, il-Perit Richard Aquilina, l-Espert tat-Traffiku Dr Simon Micallef Stafrace u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija. L-istharig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Kevin Farrugia.

Il-Hamis fl-10.00 a.m. ssaret l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ PC381 Dennis Sammut fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei fejn jidher li Sammut miet kawza tal-griehi gravi li sofra.

Sfortunatament fl-ahhar hinijiet waqt l-access il-gurnalisti prezenti gew imfixkla milli jkomplu jaqdu dmiriejithom mill-Pulizija. Minkejja li kulhadd kien wara l-‘police tape’, distanza konsiderovoli minn fejn sehh l-accident, kif il-membri tal-Protezzjoni Civili bdew jaqtghu parti mill-karozza tal-Pulizija biex jinhareg il-kadavru ta’ PC Sammut, inharget ordni biex nersqu madwar 50 metru iehor minn fejn konna. Dan biex ma jittiehdux ritratti u filmati tal-kadavru mghotti jiddahhal fil-hearse tal-Pulizija. Minbarra li tpoggejna hafna ’l boghod, biex il-Pulizija jkomplu jfixklu lill-midja, ordnaw ambulanza tersaq qrib il-karozza minn naha u minn naha l-ohra tpoggiet fire engine u diversi Pulizija qaghdu skjerati biex ikompli jghattu lill-fotografi u camermen.

F’kumment li ta lil l-orizzont u lil dan is-sit elettroniku, l-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Caremelo Mifsud Bonnici responsabbli mill-Pulizija, wera s-simpatija ma’ mart il-Kuntistabbli Sammut u z-zewg uliedu. Fl-istess hin huwa qalilna jrid juri s-solidarjetà mal-familja kollha ta’ PC381 f’dawn il-mumenti difficli bit-telfa tal-ghaziz taghhom.