Ferment bejn fizzjali minhabba kors

fam-korsBhalissa fil-Forzi Armati hemm ferment bejn uhud mill-fizzjali ghal mod xejn trasparenti ta’ kif saru l-affarijiet ghal ghazla ta’ fizzjal biex jattendi kors fl-Ingilterra. Jidher li minn qabel kien digà ntghazel Maggur partikolari izda wara protesti u laqghat inbidel kollox. Issa jidher li ghal dan il-kors intghazel il-Logotenent Kulunell Ian Ruggier, l-Ufficjal Kmandant tal-1 Regiment. L-ghazla ufficjali ghadha ma thabbritx.

Dan l-ahhar il-FAM irceviet stedina mid-Defence Academy tal-Ingilterra biex jintbaghat fizzjal ghal kors specjalizzat fl-“Advanced Command and Staff Course” (ACSC). Dan il-kors huwa miftuh ghar-rank ta’ Magguri u Logotenenti Kulunelli kif jindika s-sit elettroniku tal-akkademja fejn hemm imnizzel li dan il-kors huwa addatat ghar-rank ta’ OF-3 u OF-4 (Magguri u Logotenenti Kulunelli).

Izda xi hadd fil-FAM iddecieda li s-sejha ghall-applikazzjoni ssir ghall-Magguri biss. Ghalkemm l-istedina ghand l-Armata kienet ilha li waslet, kien biss fil-15 ta’ April li harget is-sejha ghall-magguri interessati li japplikaw, li kellhom zmien sal-ghada 16 ta’ April u jkunu lesti ghal intervista fis-17 ta’ April.

Din l-ghaggla kollha mill-ewwel qajmet suspetti, li r-raguni li ried isir kollox ta’ malajr kienet ghax il-persuna kienet digà ntghazlet. Din l-allegazzjoni qajmet ferment minn fizzjali ohrajn, fosthom tliet logotenenti kulunelli, minhabba li l-kors mid-Defence Academy huwa miftuh anke ghalihom, dan ma sarx u nfetah biss ghall-magguri. Kien hemm wiehed mil-logotenenti kulunelli li sahansitra anke mar Kastilja jilmenta, iehor irregistra l-ilment tieghu internament u kien hemm min minkejja li lmenta xorta m’applikax. Wara li saret din il-pressjoni gie deciz li s-sejha tigi estiza ukoll ghal-logotenenti kulunelli tant li fis-16 ta’ April inharget sejha ohra mill-gdid.

L-ahhar fizzjal li kien intbaghat ghal dan il-kors fl-Ingilterrra kien il-Kulunell David Attard, li dak iz-zmien kien ghadu maggur, li kien intghazel direttament mill-eks-Kap Kmandant tal-FAM il-Brigadier Rupert Montanaro. Izda din id-darba biex jintghazel min se jmur ghal dan il-kors, li se jsir bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u l-15 ta’ Lulju 2010, twaqqaf bord li kien jikkonsisti mid-Direttrici ghall-Affarijiet tal-Armata, Vanessa Frazier flimkien mal-Kulunell Martin Bondin u l-Kulunell David Mifsud.

Sorsi qrib il-FAM qaluli li diversi magguri xorta applikaw, minkejja li kienu jafu li ma kellhomx cans u r-raguni li xorta applikaw kien biex jirregistraw il-fatt li huma urew interess. Is-sorsi taghna qalulna li hemm diversi mistoqsijiet x’wiehed jaghmel. Fost dawn ghaliex inhatar bord biex jintghazel xi hadd meta fil-passat dan ma sarx u ntghazlu nies fuq il-‘performance’ u l-hilijiet taghhom? Xi kriterji uza dan il-bord?

Sadanittant dawk li ma ntghazlux ircevew nota qasira fejn gew informati li l-interess taghhom gie rregistrat ghal xi korsijiet fil-futur. Il-kors, li jsir kull sena, huwa miftuh ghal 320 fizzjal li 90 minnhom ikunu mistednin minn barra l-Ingilterra.