Il-Pulizija bil-flokk tas-suf iduru fix-xemx

shana-votiKienu diversi Pulizija li lmentaw ma’ dan is-sit elettroniku u mal-gurnal l-orizzont dwar is-shana li qieghdin ihossu huma u jdorru jqassmu d-dokumenti tal-voti minhabba li ma nghatawx permess inehhu l-flokk tas-suf.

It-tqassim tad-dokumenti tal-vot beda nhar il-Hadd u se jibqa’ sejjer ghal 13-il gurnata meta t-temp mistenni jkompli jishon. Anke l-agenti tal-partiti li tkellmu maghna qalulna li mhux biss ix-xemx li qeghda tkidd lill-Pulizija imma anke meta jqassmu d-dokumenti fl-appartamenti. Huma qalulna li hemm blokki ta’ appartamenti b’hafna tarag u flokk tas-suf ohxon zgur mhux komdu.

Kemm il-Pulizija kif ukoll l-agenti qalulna li wara xi siegha jduru fix-xemx u t-tarag, il-prezenza tal-Pulizija ma tkunx ta’ quddiem in-nies b’mod specjali dawk li johrogilhom hafna gharaq. Dawn il-Pulizija jinxtammu gejjin minn diversi metri u huwa imbarazzanti ghalihom kif ukoll ghad-dehra tal-Korp tal-Pulizija.