Intervent mill-Pulizija tal-Mobile
Salvata hajja ta’ barrani f’Paceville
Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile li tharreg minn jheddu fl-ewwel ghajnuna medika, uza dak li tharreg biex salva l-hajja ta’ barrani li kien qed jifqa fid-demm tieghu stess u f’ilsienu.
Il-kaz sehh nhar is-Sibt, 11 ta’ April 2009 ghal habta tas-7.00 a.m. izda minkejja li dan il-Pulizija flimkien ma’ shabu kien strumentali biex salva hajja ta’ bniedem, il-Korp tal-Pulizija qatt ma hareg stqarrija dwar dan il-kaz. Nhar is-Sibt li ghadda, tliet gimghat wara li sehh il-kaz, ircevejt ritratti li ngibdu permezz ta’ mowbajl minn qarrej li nzerta kien fuq il-post u seta’ jsegwi kollox mill-qrib.
Minn stharrig li ghamilt jirrizulta li f’wiehed mill-istabbilimenti f’Paceville kienet sehhet glieda b’konsegwenza li zewgt irgiel barranin, x’aktarx Russi, kienu sofrew griehi gravi b’wiehed minnhom isofri minn ferita f’rasu u xi daqqiet ohrajn.
Kif dahlet it-telefonata fl-emergenza ghall-ambulanza, l-ewwel ma rrispondew kienu l-Pulizija tal-Mobile li waslu fuq il-post fi ftit minuti fejn sabu z-zewg irgiel fl-art b’wiehed minnhom mitluq f’nofs it-triq wiccu ’l isfel. PC 101 Noel Enriquez mar fuq dak li kien wiccu ’l isfel u nnota li ma kienx f’sensih u lanqas ma kien qed jiehu nifs minhabba li kien qed jifqa fid-demm tieghu stess u f’ilsienu. Ghaldqstant bl-ghajnuna tal-kollega tieghu, PC143 Stephen Grech, dawwar lir-ragel u poggielu parti minn torca zghira f’halqu u b’subajh zammlu ilsienu ’l isfel. B’dan l-intervent f’waqtu ta’ PC Enriquez, ir-ragel seta’ beda jerga’ jiehu n-nifs wara li bezaq id-demm u l-bzieq li kien qed jimblukkalu l-pajp tal-arja.
“Li kieku ma kienx ghal PC Enriquez kieku r-ragel kien imut” qalli Dr Jonathan Joslin, li rrisponda ukoll ghas-sejha tal-emergenza. Dr Joslin qalli li dak li ghamel il-Kuntistabbli hija li uza t-torca tieghu minflok instrument mediku maghruf bhala ‘Airway Guedal’ u cioè li fetahlu bizzejjed spazju biex l-arja tkun tista’ tghaddi sakemm. “Allahares ma kienx hemm dak il-Pulizija ghax kieku kienet tkun hafna aghar. Meta wasalt jien fuq il-post il-Pulizija kien digà salvalu hajtu bit-torca fejn poggejtlu l-instrument mediku” sahaq it-tabib.
Iz-zewg barranin ittiehdu l-Isptar Mater fejn instabu li kienu qeghdin isofri minn griehi gravi izda tant l-intervent tal-Kuntistabbli tal-Mobile kien f’waqtu li sahansitra l-istess barrani aktar tard iffirma biex jitlaq minn jheddu mill-isptar.
Sadanittant sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija ikkonfermaw li l-Pulizija mhumiex imhargin f’dan it-tip ta’ interventi. Kien hemm min attenda kors qasir li nghata mit-tobba tal-Emergency Response Team (ERT) u infermieri kwalifikati imma din mhix xi haga regolari fejn kull Pulizija jigi mharreg fl-ewwel ghajnuna medika.
May 4, 2009 at 08.39
Prosit Noel!
Ovvjament m’hemm bzonn nghidu xejn fuq Training fejn ghandhom x’jaqsmu dawn is-sitwazzjonijiet.
L-iskuza li l-Pulizija mhux Tobba bl-ebda mod m’ghandu jfixkel li l-Pulizija jkollhom tahrig ghola minn dak ta’ First Aid normali, anzi, l-fatt li Pulizija obbigat jassisti f’kull incident ghandu aktar u aktar isahhah il-bzonn li jsir tahrig SERJU, minn nies ikkwalifikati,sabiex iktar membri jkollhom il-kapacita’ mehtiega f’kas ta’ bzonn.
Nahlu s-sieghat? U mela le! Ghall-hajja tan0nies mhux is-sieghat ahli imma l-granet, il- jiem u l-gimghat jekk hemm bzonn! Diga’ nahluhom sabiex xi ras kbira barranija li hadd ma sema bih inkunu zgur li hadd ma jwaddablu gebla minn fuq xi bypass, allura nsibuha bi kbira biex ikollna Pulizija kapaci jsalva hajja, li wara kollox, tista tkun tieghek li qed taqra dal- kumment?