Pulizija jispara lejn siehbu b’mod accidentali
L-intenzjoni tajba ta’ Surgent tal-Pulizija fl-Iskwadra tal-Mobile li jharreg Pulizija shabu dak li tghallem hu, ghal ftit ma swietx il-hajja ta’ wiehed mill-Pulizija li accidentalment spara l-arma tas-servizz u laqat lil siehbu.
Il-kaz sehh sbieh il-Gimgha ghal habta tat-3.30 a.m. fl-inhawi tal-White Rocks f’Pembroke. Jirrizulta li tliet units tal-Mobile b’sitt membri tal-Korp tal-Pulizija marru fl-inhawi biex jaghmlu tahrig li ma kienx awtorizzat mill-Korp. Jidher li s-Surgent ghadu kif temm kors li sar mill-Marines Amerikani liema kors kien approvat mill-Korp stess. Dan it-tip ta’ tahrig ma jinghatax lill-Pulizija fl-Akkademja u ghalhekk is-surgent ha l-inzijattiva biex iharreg lill-kollegi tieghu biex ic-cittadin ikun protett kif suppost.
Dan it-tahrig jikkonsisti kif il-Pulizija ghandhom joperaw f’kaz ta’ xi hallelin li jkunu dahlu f’xi post biex jisirqu. Ghaldaqstant tlieta mill-Pulizija kienu “l-hallelin” u t-tlieta l-ohra Pulizija li marru fuq il-post. Izda qabel ma beda dan it-tahrig, is-Surgent ta struzzjonijiet u accerta li l-magizine fejn ikun hemm il-bullits kien tnehha mill-arma, li hija Glock 17 kalibru 9mm, biex ma tkunx tista’ tigi sparata.
Kif spicca dan it-tahrig wiehed mill-Pulizija rega’ ikkarga l-arma izda jidher li din hadet b’konsegwenza li l-bullit laqtet Pulizija iehor fil-genb ta’ sidru u baqghet hierga. Il-Pulizija li spara inhasad u spicca b’xokk qawwi fuqu tant li shabu kellhom jikkalmawh filwaqt li l-Kuntistabbli li ntlaqat ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn ferita gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.
Sadanittant sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalulna li dan l-accident kien wiehed sfortunat u spjegawlna li ghalkemm it-tahrig ma kienx awtorizzat, sar sforz tad-dedikazzjoni li ghandhom dawn il-Pulizija lejn xogholom. Dan it-tip ta’ tahrig ma jinghatax lill-Pulizija u kienu biss ftit surgenti minn diversi taqsimiet flimkien ma’ suldati mis-‘C’ Company li nghataw il-kors mill-Amerikani.
“Meta l-Pulizija tal-Mobile, kif ukoll tad-Distrett, imorru f’post fejn ikun hemm suspett ta’ xi hadd li qieghed jisraq, ma jafux ezatt xi jridu jaghmlu ghax dan it-tip ta’ tahrig ma jinghatax”, qalulna s-sorsi. Barra minn hekk anke t-tahrig tal-isparar isir fuq ‘target’ wieqaf fl-Akkademja u ghal xi raguni ma jithargux fl-uzu sew tal-arma. It-tahrig li jinghata lill-Pulizija bl-armi u simili bhal dak li jsir kuljum f’ranges privati minn dilettanti tal-armi.
Sfortunatament il-Pulizija jinghataw l-impressjoni li l-arma tas-servizz hija xi haga tal-biza’. L-istess sorsi qalulna li jekk waqt it-tahrig tal-isparar fl-Akkademja l-arma tehel, irid jigi l-instructor biex jirranga l-arma ghax il-Pulizija stess ma jithallix jaghmel dan. “Dan ifisser li jekk tkun barra u l-arma tehel, hafna mill-Pulizija ma jafux xi jridu jaghmlu ghax mhumiex imhargin. L-importanti huwa li jkollok mira tajba. Immagina li lilek bhala gurnalist inbezzak mill-computer – kif se tahdem?” qalulna l-istess sorsi.
Ufficjal fil-Korp tal-Pulizija qalilna li tkun hasra kbira, u ta’ hsara kbira, jekk l-Amminstrazzjoni tal-Korp tressaq lil xi hadd il-Qorti dwar dan il-kaz. Dan kien kaz accidentali li ghandu jigi investigat internament u mhux nghagglu mmorru l-Qorti biex ma jkunx hemm xi kritika, sahaq l-ufficjal. Barra minn hekk staqsa jekk il-Korp provdix xi tip ta’ ghajnuna psikologika lil dawk is-sitt Pulizija li kienu involuti b’mod specjali lill-Kuntistabbli li spara t-tir.
“Jew inzammu kollha arrestati, inkluz il-kumplament tax-shift kollu, minghajr ebda ghajnuna ta’ xejn?”temm jghidilna dan l-ufficjal.
May 18, 2009 at 08.39
Dan huwa kaz b’intenzjoni tajba li sfortunatament spicca hazin. Nemmen li bilfors se jittiehdu xi passi kontra diversi persuni minhabba hafna nuqqasijiet, pero nemmen ukoll li din ghandha tixghel bozza f’dan id-dlam – tkun pagna gdida – kull deni hudu b’gid.
Dan il-kaz juri l-interess ta’ min irid jghallem u jaqsam esperjenzi edukattivi, u min irid jitghallem minghand min ghandu iktar esperjenza minnu. Fil-Korp ghandu jkun em iktar tghalim, u iktar min jghallem biex fl-ahhar mil-ahhar igawdu l-Pulizija, c-cittadini u fuq kollox il-pajjiz.
Naqbel ma min qal li ghandu jkun em dipartiment jew sezzjoni nkarigata mit-tahrig tal-Pulizija, bhal ma hemm hafna sezzjonijiet ohra, biex jiehdu hsieb it-tmexxija tat-tahrig tal-Korp li hija ta mportanza kbira. Jekk it-tahrig taf-AFM huwa daqsekk serju u tajjeb bhal ma ntqal, ma nara xejn hazin, anzi nissuggerixxi wkoll illi jkun em operazzjonijiet ta tahrig kongunti bejn l-Armata u l-Pulizija Ta’ Malta.
May 9, 2009 at 08.39
Din ”l-avventura” ta’ erba cowboys tal-mobile squad huwa rizultat ta’ bosta affarijiet nieqsa fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
L-ewwel: in-nuqqas car u tond ta’ ufficju/dipartiment/sezzjoni jew ufficjal bi strutturi tahtu fil-qasam ta’ tahrig kontinwu tal-personnel KOLLU (i.e., ta’ kull grad, rank u livell/taqsima). Din tmur id f’id ma’ pjan annwali u iehor long-term ta’ tahrig. Dak ir-ras li hemm fil-PHQ, kollu pozi li jgawdi fiduccja tal-Gvern Nazzjonalista mhu qed jaghmel xejn hlief ikompli kontinwament jimmina lil Kummissarju u fizzjali/surgenti zaghzagh ohra li ghad ghandhom herqa u hegga ghal tahrig gdid, modern, immaginativ, u adattat ghal cikostanzi tal-kriminalita’ tal-lum f’Malta.
T-Tieni: hemm nuqqas ta’ enforcement ta’ dixxiplina generali f’kull livell, u rispett lejn policies, prattici, u sens kumun minn kultura ta’ clans u qaddisin li hlief li jaghtu u jinfluwenzaw b-interventi intimidatorji u ta’ rikatt ma’ jaghmlux.
Is-serjeta’ fit-tahrig tal-Korp deher meta’ ghamlu zmien taht il-kmand tal-Brigadier, bhala kap tal-Armata. Huma gew fid-Depot u f’Ta’ Kandja u irnexxielhom (sakemm damu hemm) jorganizzaw tahrig serju struturat anki ghat-tul, dixxiplina f’kommunikazzjoni bir-radju, u oqsma ohra. Telqu l-AFM, u bdejna nmorru lura bhas-soltu bhal xi dipartiment tal-Gvern iehor. Id-dixxiplina soda u serja tal-Armata Maltija ghamlitna nies ghal-ftit, u konna rispettati.
Hemm bosta zaghzagh fil-Korp li jidhlu b’entuzzjazmu, energija u hegga, li sikwit tintellef malajr hekk kif jasslu f’oqsma jew fi-distrett, mjaraw nies akbar minnhom ghajjenin u bla interess.
Li ma sarux l-injkesti bhalma sar dwar il-mewta tas-suldat f’dan il-kaz ta’ BLUE ON BLUE, huwa disgrace u tara kemm il-Gvern jimxi b’zewg ucuh fil-konfront ta’ l-Armata u l-Korp, b’dan ta’ l-ahhar qisu xi prima donna untouchable.
Sens komun kien jitlob li jekk kien hemm xi haga siewja mit-tahrig tal-NCIS tan-Navy Amerikana, li kellu jigi maqsum ma’ l-bqija tal-membri tal-Korp, is-Surgent percimess ta’ din il-farsa li qisha kummiedja tragika, messu ghamel rapport bir-rakkomandazzjonijiet b’mod formali.
Nixtieq nara jekk sarx xi post-course report minn nies tal-Korp li hadu sehem fil-kors ta’ tahrig f’ta’ Kandja. Kien hemm nies mill-Armata (C Coy u Maritime) u minghalija Dwana ukoll.
Din l-attitudni ‘gung-ho’ and charge tally-ho ta’ xi bravi fil-Korp mhux taghmel gid f’wicc in-nuqqasijiet serji f’livell ta’ PHQ dwar nuqqas ta’ tahrig. Minn dejjem hekk nafu l-Korp, jigri xi haga u wara nirrangaw, mhux prevention is better than cure. Ma nistaghx ninsa li kien miet ukoll membru tal-Korp waqt tahrig bil-pistola fir-range taghna.
U jien nisma ukoll bil-kazijiet ta’ negligent discharge ta’ Glocks fil-Korp, daqs kemm kien ikun hemm bl-AK47 fl-Armata. Kanna miftuha qisha fjura f’Pembroke darba niftakar ghadni, meta suldati kien jaghmlu ghassa mal-iskola hemm. U suldati ohra feriti hfief f’wicchom fl-airport meta hadet l-arma waqt safety checks fl-armeirja jew fil-gardjola. U anki tal-SAG jisparaw il-Glock li ghadu fil-hoster naf ukoll.
Maxim tajba li smajt darba minghand ufficjal tal-FAM mharreg fl-Amerika kienet ‘train like you fight, and fight like you train’, u ghalhekk meta tigi biex taffronta sitwazzjoni tkun mharreg bizzejjed li taf li dak li qed taghmel huwa rutina u skond drill ta’ tahrig li tkun ghamilt diga’. Bhal l-abbati li waqt quddiesa jaf meta ghandu jcempel il-qanpeina tieghu waqt il-konsaggrazzjoni…
Bil-bullshilt, pozi, bzar fl-ghajnejn u smoke screens and hot airs, it-tmexxija tal-Korp trid serjament tirrevedi t-tahrig tan-nies taghna.
May 4, 2009 at 08.39
Naqbel 100% ma Dr Cutajar, avolja ghal xi uhud hu kliem iebes. Midhla tar-regolamenti tal-pulizija miniex izda ghandi ftit idea ta’ dik militari. Sa fejn naf jien, kull forza ta’ l-ordni li ggor arma ghandhom dawk li jisejhu SOP’s. Nixtieq nifhem x’bazi ta tahrig u SOP’s il-pulizija tadotta! Jekk wiehed xoghlu fl-iskwadra tal-mobile, ma jintlibsux ilbies protettive( bullet proof vest)? Meta qrajt dan l-artiklu quddiem ghajneja zewg vittmi ta’ kazi simili, dak ta’ Red Tower u dak tal-Qortin Ghawdex, fejn tilfu hajjitom zewg suldati waqt il qadi ta’ dmirijietom minn Friendly Fire!!
May 3, 2009 at 08.39
Nixtieq infakkar li ricentement intqal li hemm bizzejjed provi biex Ufficjal tal-AFM kien ser jitressaq l-qorti li waqt tahrig ufficjali tal-arata, b’negligenza kkaguna l-mewt ta’ Gunner Matthew Psaila. Ahseb u ghara x’ghadu jinghad meta xi persuni jaghmlu tahrig mhux ufficjali waqt l-hin tax-xoghol meta suppost li dawn kienu f’diversi zona madwar Malta u mhux migbura l-White Rocks f’Pembroke.
Jien nahseb li hemm hafna x’jista jsir fejn jidhol tahrig tal-membri tal-Korp, izda certament li dan il-kas jew ragunar ta’ gustifikazzjoni ghal dan l-agir, huwa zbaljat. L-artiklu jikwota Ufficjal tal-Pulizija li qal li “tkun hasra u hsara kbira, jekk l-Amminstrazzjoni tal-Korp tressaq lil xi hadd il-Qorti dwar dan il-kaz” Jiena jahseb li bil-maqlub, tkun hsara kbira jekk l-Amminstrazzjoni tal-Korp ma tressaq lil hadd il-Qorti dwar dan il-kaz. Kieku imbghad f’dak il-kaz, kif filwaqt li jiprotegu lil shabhom, membri tal-Korp jkunu jistghu jiehdu passi fil-konfront ta’ persuni ohra (mhux membri tal-korp) bhal fil-kas ta’ sid ta’ range illegali ta’ sparar fis-Siggiewi xi gimghat ilu.
May 3, 2009 at 08.39
Ezempju car ta slam firing u l konsegwenzi
May 3, 2009 at 08.39
Ezempju partikolari ta x seta gara?
May 3, 2009 at 08.39
Huwa possibli illi s surgent nesa jew ma kinx jaf li forsi l arma tal kuntistabbli li spara t tir kienx ghad fadal skartocc li jkun ittela fic chamber fil bidu tas shift li forsi kien kagun ta Slam Firing?
Grazzi
May 3, 2009 at 08.39
Veru, li l-akkademija qed ittuna is-suppost, tahrig, izda nixtieq nghid li kull meta jkollna l-gurnata tal-P.E. (4 sighat -darba f’xahar) dejjem bil-free lessons, l-ahhar li ghamilt it-training tal-isparar kien is-sajf l-iehor, xi awwissu nahseb. B’dan ic-cittadin jista jserrah rasu li fit-toroq ghandna pulizija imharrga ghax imorru l-akkedemja, veru li nmorru ghax is-sighat huma dejn mal-korp u dawk bil-forsi irridu naghmluhom, imma fil-verita t-training li jinghata u 100% dilettantesk, bhal dejjem.
May 3, 2009 at 08.39
Niehu gost li ghad hemm pulizija li juru interess li jitghallmu u jitharrgu, u li jkun hemm ohrajn li jharrgu.
Ovvjament dan kien kaz sfortunat li seta jhalli konsegwenzi koroh. Fil-waqt li nemmen li internament dawn kollha involuti se jaqlawha, (ghax fl-amministrazzjoni tal-korp s’hemm zgur naslu!), huwa ta’ interess naraw jekk xi darba xi hadd jibdiex isaqsi ghaliex dawn il- Pulizija spiccaw marru f’post mwarrab sabiex jaghmlu dat-tahrig? Kagun t’hekk, zgur kellhom periklu iktar ghax ma kellhomx l-attrezzatura mehtiega ghal tali tahrig.
Fl-ahhar mill-ahhar, x’valur jinghata t-tahrig, u x’qafas hemm ghat-taghlim ta’ hiliet differenti fi hdan il-korp? L-0Akkademja taghti korsijiet li huma ta’ livell gholi? Ghadha facilitajiet? Hemm xi data ta’ meta ser titlesta ix-xi darba Akkademja l-gdida?
Is-sitwazzjoni tal-incident x’kienet? Tahrig? Mela jekk ghandek il-ghatx ghat-tahrig hemm bzonn li tisqieh, ghax dan haga tajba. Imma jekk tixrob f’daqqa wara girja mhux bilfors jaghmillek gid. Mela mhux ahjar ikollok l-ilma gej?
Ejja nqabblu (allavolja kultant b’mod ingust) is-sistemi ta’ tahrig f’pajjizna ma dawk ta’ pajjizi simili u ahjar minnha. Ejja niehdu spunt minn sfortuna u kwazi disgrazzjoa sabiex nevitaw kaz simili, imma ibnu fuq it-tajjeb, mhux tkisser il-filati kollha tal-hajt!
May 2, 2009 at 08.39
Huwa fatt li l-pulizija ma jinghatawx tahrig hekk kif wiehed jistenna f’korp dixxiplinat ghall-uzu ahjar tal-armi. Pero jibqa’ l-fatt li dan kien ezercizzju mhux awtorizzat u ghalhekk ma tistax taghlaq ghajnejk kif wihed jippretendi hekk kif intqal ufficjal. Jekk dan il-pulizija miet waqt dan l-ezercizzju min kien sejjer jaghmel tajjeb ghalih? Min sejjer jirrispondi ghal dan l-ghemil? Il-persuna ghandha dritt tfittex ghad-danni lil dik il-pulizija jekk jasal f’dak l-estremm u anki jibqa il-fatt li incident simili fejn persuna accidentalment laqat persuna tressaq il-qorti minghajr ebda dubju jekk kienx accident jew le. Haga ohra li wiehed ghandu jghid huwa kif li suppost patrols li qeghdin isiru madwar Malta jispiccaw biex kwazi kollha jmorru f’post wiehed u jaghmlu dan l-esercizzju? Fejn huwa s-serhan tal-mohh ghac-cittadin li minghalih hawn il-patrols? Fejn hija r-responsabilita’ tas-surgent li jiehu lil shabu jaghmlu dak l-esercizzju meta dan kull ma ghamel basic training? Kemm huwa kwalifikat biex jaghmel dan? GHaliex ma talabx permess lill-amministrazzjoni biex jaghmel dan? Ilum inhosni stramb nikteb favur l-amministrazzjoni pero jibqa’ l-fatt li hawn ghandha kaz ta’ negligenza grassa li setghet swiet hajja ta’ bniedem…accident jew le. Friendly fire jew le jibqa’ l-fatt li gie kommess reat u ghalhekk wiehed jistenna li ufficjal tal-pulizija ma kelhux jitkellem kif tkellem ghax jekk qal hekk, allura dan huwa kaz tipiku ta’ abbuz ta’ poter fejn kazijiet simili tresqu l-qorti minghajr ebda dubju x’kien kien l-kaz. Ma tantx imorru il’ boghod fejn pulizija laqat membru tal-familja accidentalment u dan tressaq il-qorti. Min meta il-korp tofri xi forma ta’ ghajnuna lil xi hadd jekk ma tkunx xi haga individwali li jofri. Wiehed ghandu jara cirkolari li harget biex xi hadd ghandu bzonn ghajnuna jaghmel dan f’centri specjalizzati. Nixtieq naqra xi kummenti fuq dan l-artiklu ghax wiehed jahseb li jekk jlibes uniformi ghandu jkun immune minn kollox…pero l-esperjenza fil-korp tghalmek haga qatt ma taf fejn int, ahseb u ara kemm sejra toffri ghajnuna psikologika.