Iddahhlu grupp ta’ 66 klandestin li nstabu qrib Lampedusa

Nhar il-Hamis filghaxija Malta kellha ddahhal grupp ta’ 66 klandestin wara li gew irrifjutati assistenza u kura medika mill-Italja, minkejja li l-gzira Taljana ta’ Lampedusa kienet l-eqreb art tad-dinghy f’diffikultajiet li kien qieghed iggorrhom u minkejja li l-kundizzjoni ta’ dawk abbord kienet prekarja.
Dan il-kaz issa pogga lill-Gvern Malti f’pozizzjoni prekarja hafna u giet fis-sehh id-dikjarazzjoni tal-Gvern Taljan, permezz tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Franco Frattini, meta iddikjara li l-kaz ‘Pinar’ mhux se johloq precedent. Dan juri li l-laqgha ta’ bejn il-Ministru Roberto Maroni u l-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici kienet biss “messa in xena” u t-Taljani ghaddew minn fuqna.

salvati-30-04-09Il-kaz tal-Hamis, 30 ta’ April sehh biss gimghatejn wara t-tilwima diplomatika li kaz simili kien holoq bejn Malta u l-Italja fis-16 ta’ April li ghadda meta l-vapur tal-merkanzija rregistrat fil-Panama, l-“MV Pinar E” kien salva grupp ta’ 150 klandestin.

Dakinhar il-bastiment, li kien jinsab 45 mil nawtiku ’l boghod minn Lampedusa u 112-il mil minn Malta, gie informat li ladarba abbord kellu immigranti fi bzonn ta’ kura medika urgenti kellu jidhol fl-eqreb art, jigifieri dik Taljana. 

Izda l-Italja, anke jekk spiccat biex taccettahom fl-ahhar mill-ahhar, irrifjutathom ghall-ewwel u l-Ministru tal-Intern Taljan Roberto Maroni kellu kliem iebes fil-konfront ta’ Malta, fosthom li precedentement ma kinitx assistiet xi 600 vjagg klandestin b’40,000 persuna abbord.

Gurnalisti fi Sqallija qalu lil l-orizzont u lil dan is-sit elettroniku li kollox beda nhar l-Erbgha ghal habta tal-4.30 p.m. meta l-Awtoritajiet Taljani gew informati li kien hemm gurpp ta’ klandestini qrib Lampedusa izda fiz-zona ta’ salvatagg ta’ Malta. Jidher li l-Forzi Armati ta’ Malta talbu l-assistenza tat-Taljani imma dawn gabu skuza li ma kellhomx biex johorgu jaghtu l-ghajnuna. Ghaldaqastant mill-Bazi Marittima tal-FAM salpat il-Patrol Boat P51 biex tmur tfittex lill-klandestini. 

Ghall-habta tan-12.30 p.m. tal-Hamis il-gew informati li dinghy bil-klandestini kien innotat madwar 25 mil ’il barra minn Lampedusa u li dawn kienu qeghidn jingarru bil-kurrenti wara li spiccalhom il-fjuwil. Ftit tal-hin qabel deher jittajjar fuq il-klandestini helikopter Taljan izda dan ma offra ebda assistenza. Meta l-P51 waslet hdejn id-dinghy tal-klandestini, sabet li kien hemm 66 persuna, fosthom zewg nisa, b’wahda minnhom f’kundizzjoni gravi minhabba nuqqas ta’ ilma.

Wara li dawn ittelghu fuq il-P51, din bdiet riesqa lejn Lampedusa, li kienet l-eqreb port. Izda minkejja li t-Taljani kienu infrmaw lill-FAM li ma kellhom ebda lanec biex johorgu jsalvaw lill-klandestini, kif il-P51 waslet fl-ibhra territorjali Taljani giet intercettata u mwaqqfa immedjatament minn lanca tal-Guardia Di Finanza u bastiment tal-Guardia Costiera li impedew lill-Patrol Boat Maltija tersaq lejn Lampedusa bil-klandestini. Mhux maghruf kif filli t-Taljani qalu l ma ghandhom ebda lanec ghal salvatagg ta’ persuni, tfaccat lanca u bastiment biex jimblukkaw il-Patrol Boat Maltija.



Fuq bazi umanitarja, l-awtoritajiet Maltin iddecidew li jdahhlu lill-klandestini f’Malta fejn iddahhlu f’Xatt it-Tiben ghall-habta tad-9.30 p.m.

Minkejja dan, stqarrija qasira mahruga mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) qalet li “l-Gvern Malti se jikkomunika mal-Gvern Taljan dwar l-immigranti li gew salvati mill-FAM minhabba l-periklu li kienu jinsabu fih”.

Issokta jinghad li fic-cirkostanzi, il-Forzi Armati dahhlu f’pajjizna lil dawn l-immigranti “minhabba s-sitwazzjoni prekarja li kienu fiha” u li “d-decizjoni ttiehdet biss fuq ragunijiet umanitarji”.

Filfatt id-DOI qal li kif appena ddahhlu l-klandestini kellu jibda l-process biex dawk li ma jikkwalifikawx ghall-protezzjoni jintbaghtu lura.

Analisti tax-xena politika internazzjonali ddeskrivew id-decizjoni tal-Italja li tirrifjuta li taghti assistenza medika lill-klandestini minkejja obbligazzjoni internazzjonali li taghmel dan, bhala “tpattija cara ghal tal-Pinar”, b’referenza ghall-kaz tal-bastiment “MV Pinar E”.

“(Il-Ministru) Maroni mhux xi wiehed li jibla’ diskorsu malajr,” qalilna gurnalist Taljan li segwa mill-qrib kemm il-kaz ta’ hmistax ilu kif ukoll dak tal-Hamis.

Dan il-kaz issa pogga lill-Gvern Malti f’pozizzjoni xejn komda fejn minkejja l-appogg tal-Kummissarju Ewropew, Jacques Barrot, li fil-kaz ‘Pinar’ ta ragun lill-pajjizna u sahaq li min ikun salvat irid jittiehed fl-eqreb port, dan ma sehhx. Dan l-ahhar kaz ikkonferma ukoll dak li qal il-Ministru ghall-Affarijiet Barranin Taljan, Franco Frattini meta qal li l-kaz ‘Pinar’ mhux se johloq precedent. Huwa qal dan biex jaghmilha cara li minkejja li t-Taljani accettaw li jdahhalu lill-154 klandestin li kienu salvati mill-‘Pinar’, mhux se jinholoq precedent u kull min ikun salvat qrib Lampedusa se jkunu accettati.

L-istess osservaturi politici qalu li dan id-diskors huwa ta’ “bully” fil-konfront ta’ min huwa zghir u jidher li kemm Frattini u Maroni se jzommu sod u mhux se jaccettaw aktar klandestini li jkunu salvati fiz-zona ta’ tfittix u salvatagg (SAR) Maltija minkejja li dawn ikunu qrib Lampedusa.  Wiehed issa irid jara kif se jirreagixxi l-Gvern Malti u juri li mhux dghajjef u gifa jekk jinqala kaz bhal ma gara fl-imghoddi, meta bastiment tal-forzi Taljani kienu salvaw grupp ta’ klandestini qrib Malta u dawn dahlu bihom f’pajjizna. Jekk jigri li-istess, x’se jaghmel il-Gvern ta’ Gonzi? Se jibza’ mit-Taljani u jghidilhom biex jibqghu sejrin l-Italja bihom, jew biex ma jidhirx ikrah icedi ghall-“bullying” taghhom? Malta huwa pajjiz stmat daqs il-pajjizi l-ohrajn fl-UE jew ahna pajjiz tat-tieni klassi, staqsew i-sorsi taghna.

Ghaldaqstant issa l-ballun qieghed f’saqajn il-Gvern Malti li jrid jara kif se jaghmel biex l-eluf kbar ta’ klandestini li se jibdew il-vjaggi taghhom lejn l-Ewropa, fejn se jpoggihom ghax kollox qed jindika li l-maggoranza taghhom se jispiccaw kollha f’Malta, sahqu s-sorsi.

Il-kaz ta’ meta t-Taljani salavaw lill-klandestini u dahluhom Malta sehh fl-14 ta’ Ottubru 2004. Dakinhar il-Patrol Boat tal-Guardia Costiera Taljana l-‘M. Fiorillo’ mmexxija mill-Kaptan Andreas Santin kienet salvat 23 klandestin u l-Gvern Maltin kien mexa mar-regoli internazzjonali u awtorizza lit-Taljani jidhlu Malta. 

Dan ikompli jaghti ragun lil dak il-fizzjal tal-FAM meta instema’ jghid li Malta se ssir  “vaccum cleaner” tal-Meidterran.