Pulizija Maltija ghal Ruma b’karozza tal-Mobile

pulizija-rumaNhar it-Tlieta tliet membri tal-Korp tal-Pulizija se jhallu Malta fi triqthom ghall-belt kapitali Taljana biex jiehdu sehem f’parata li se ssir f’Ruma fit-8 ta’ Mejju fi Piazza del Popolo.



Il-Pulizija Maltija – zewg surgenti u kuntistabbli – se jhallu Malta b’karozza tas-servizz Ford Focus mill-Iskwadra tal-Mobile. Huma se jmorru bil-katamaran sa Sqallija u minn hemm isuqu sa Ruma biex il-Gimgha jiehdu sehem fil-parata fl-okkazzjoni tal-157 anniversarju mindu twaqqfet “La Fondazione della Polizia dello Stato” Taljana.

Ghal din il-parata gew mistednin korpi tal-Pulizija minn madwar l-Ewropa fejn mistennija jiehdu sehem madwar 24 pajjiz. Kull sena, minbarra li jkun imfakkar it-twaqqif tal-Pulizija tal-Istat Taljan, jitfakkru ukoll il-Pulizija li tilfu hajjithom fil-qadi ta’ dmirijiethom.