Ragel jitlef hajtu f’accident fil-Mosta
Sewwieq ta’ vann u hames studenti barranin hadu xokk ta’ hajjithom meta raw ragel jaqsam it-triq quddiem il-vann li kienu fih u jintlaqat mill-istess vann. Ir-ragel, Antonio Sciberras ta’ 59 sena mill-Mosta, miet ftit wara fl-Isptar Mater Dei.
L-accident fatali sehh nhar il-Hamis ghal habta tad-9.06 a.m. meta vann Nissan misjuqa minn Pinu Grech ta’ 64 sena mill-Marsa, li kien qed igorr studenti barranin, kien qed isuq fi Triq Durumblat fil-Mosta, jew kif inhi maghrufa bhala triq tal-Flower Power. Grech kien sejjer fid-direz-zjoni tar-Rabat u kif wasal ftit metri ’l boghod minn Triq il-Mithna nhasad meta f’daqqa wahda Sciberras qasam it- triq.
Persuni li raw l-accident isehh qalu li Grech prova jevita lil Sciberras izda minkejja li zamm il-brejk u anke prova jigbed lejn il-lemin, sfortunatament xorta laqat lil Sciberras. Barra d-daqqa mal-vann, Sciberras ha tisbita ohra mal-art b’konsegwenza li sofra griehi gravi hafna f’rasu.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet lill-Mosti l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn griehi gravi u li kien fil-periklu imminenti li jitlef hajtu. Filfatt inqas minn tliet sighat wara Sciberras gie ccertifikat mejjet. Fejn sehh l-accident marru l-Pulizja mill-Ghassa tal-Mosta mmexxija mis-Surgent Alfred Abela flimkien mal-Kuntistabblijiet Mario Spiteri u Christian Xuereb kif ukoll il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku. Bil-kaz gie informat ukoll l-Ispettur Anzjan Paul Bond li beda jistharreg l-accident.
Il-Magistrat Dr Lawrence Quintano ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina, lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-espert tat-traffiku Mario Buttigieg. Dan kien it-tieni accident fatali tat-traffiku din is-sena bl-ewwel wiehed isehh fl-4 ta’ April meta Christian Borg ta’ 21 sena minn H’Attard habat ma’ sigra f’Hal Lija.
May 26, 2009 at 08.39
this man who was killed was my uncle ninu ,i can not believe this has happened to him may he rest in peace in heaven with his brother ,my father and my mother also.
he will always be in my heart