Hallelin jergghu jippozaw ta’ haddiema tal-Enemalta

Ghal darb’ohra hallelin ippozaw ta’ haddiema tal-Enemalta biex wettqu ‘hold-up’ fuq anzjana ta’ 61 sena, ghalkemm din id-darba jidher li ma ntuzawx armi. B’dan l-24 ‘hold-up’ tas-sena, digà saru ‘hold-ups’ daqs is-sena l-ohra kollha.

Nhar il-Hamis ghal xi s-7.00 a.m. Helen Muscat, li toqghod fi Triq il-Papa Urbanu VIII f’Birkirkara kantuniera ma’ Triq il-Kbira li taghmel ma’ Hal Balzan, semghet il-bieb ta’ barra jhabbat u meta ttawlet rat zewg irgiel lebsin elmu isfar, li qalulha li kienu tad-dawl (Enemalta). Dak il-hin fid-dar reqdin kien hemm zewgt uliedha, Svetlik ta’ 25 sena u Maria Adelisa ta’ 20 sena.

Sakemm il-mara nizlet tiftah, il-hallelin ghattew wicchom bil-balaklavi u kif Muscat fethet il-bieb wiehed minnhom imbuttaha u xehitha mal-art. Filwaqt li wiehed mill-hallelin telgha fuq iqalleb fil-kamra tas-sodda, l-iehor baqa’ ghassa mal-mara u heddidha biex ma tghajjatx.

Kien l-inbieh tal-kelb tal-familja li qajjem lit-tfajla li kif rat lill-hallelin bdiet tghajjat ghall-ajjut. L-ghajjat ta’ Maria Adelisa li bezza’ lill-hallelin li harbu minn fuq il-post u dehru jaharbu b’karozza. Izda l-halliel li tela’ jisraq mill-kamra tas-sodda lahaq hataf xi oggetti tad-deheb fosthom crieket u gizirana li l-valur taghhom mhux maghruf.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Nikolai Sant kif ukoll dawk tad-DIK immexxija mill-Ispettur Ramon Cassar. B’dan il-‘hold-up’ giet informata l-Magistrat Dr Miriam Hayman, li ordnat inkjesta u hatret l-esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.