Kien wettaq serqa u haraq il-post

wanted-mangionIl-Pulizija Maltija talbet lill-Pulizija tal-Interpol biex ifittxu Malti li x’aktarx ilu li harab minn Malta madwar 19-il sena wara li allegatament kien wettaq serqa u ta n-nar il-post.

Fuq is-sit elettroniku tal-Interpol jinghad ufficjalment li l-Pulizija Internazzjonali qeghda taghmel tfittxija ghal Mario Mangion ta’ 47 sena mill-Hamrun. L-Interpol qed tghid li Mangion twieled fis-6 ta’ Settembru 1961 u jitkellem bil-Malti u bl-Ingliz. Huwa qed ikun akkuzat li huwa involut f’reat li jinvolvu l-armi kif ukoll splussiv.

Sorsi qrib il-Pulizija ta’ Malta qaluli li Mangion allegatament kien wettaq serqa u wara kien hemm spluzjoni u l-post kien ha n-nar. L-istess sorsi qalulna izda li l-Pulizija Ingliza, fejn huwa mifhum li jinsab Mangion, ma tantx huma herqana jfittxuh peress li ghaddew hafna snin mindu wettaq ir-reat.