Kummiedja all’ Italiana

Minkejja li l-Gvern Malti u dak Taljan qalu li t-tilwima dwar il-154 klandestin li kienu salvati qrib Lampedusa giet solvuta u li l-kaz issa huwa maghluq, xorta wahda l-midja Taljana kompliet titfa’ dell ikrah fuq Malta dwar dan il-kaz.

iene-inteview1L-ahhar kritika harxa saret waqt il-programm popolari televiziv ‘Le Iene’, li xxandar nhar il-Gimgha fuq l-istazzjon Italia 1. Dan l-istazzjon jaghmel parti mill-Mediaset kumpanija tal-Fininvest li titmexxa mill-familja ta’ Silvio Berslusconi u li hu ghandu l-maggoranza tal-ishma. Berlusconi huwa l-Prim Ministru tal-Italja li suppost pajjizu ghalaq il-kaz ‘Pinar’ kif ikkonferma l-Gvern Malti.

‘Le Iene’ xandru servizz esklussiv dwar il-kaz tal-154 klandestin li kienu salvati minn vapur Tork u li kawza tieghu kien hemm tilwima bejn il-Gvern Malti u dak Taljan. It-tim ta’ ‘Le Iene’ barra li intervista lill-kaptan tal-vapur, intervista ukoll lil uhud mill-klandestini abbord il-vapur. Biex ta’ ‘Le Iene’ jigbdu s-simpatija tat-Taljani u Malta tkompli tidher kerha, sahansitra waqghu fil-livell baxx fejn il-kadavru tal-immigranta tqila li mietet waqt l-operazzjoni ta’ salvatagg, inkixef biex iffilmjawh. 

Nhar l-Erbgha il-korrispondent ta’ ‘Le Iene’, Luigi Pelazza, kien Malta biex jiehu r-reazzjoni tal-Gvern Malti. Filfatt huwa intervista l-kelliem ghall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Melvin Mangion, u dak ghall-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern, Darrell Pace. Izda sfortunatament Pelazza ma kienx gust fir-rapportagg tieghu u permezz ta’ editjar fin pogga lill-Gvern Malti u lil Malta f’dell ikrah mal-miljuni ta’ telespettaturi Taljani. Barra minn hekk anke ufficjal tal-Guardia Costiera, Enzo Colella, zgwida lil Pelazza u lit-telespettaturi meta Pelezza staqsieh fil-kaz tal-klandestini salvat mill-Pinar x’kellu jsir. Colella qal li f’dan il-kaz, minhabba li dawn kienu salvati fiz-zona ta’ Tfittix u Salvatagg (SAR) ta’ Malta, pajjizna kellu jmur isalva lil dawn in-nies jew jordna lill-vapur Pinar biex jidhol Malta bil-klandestini. “Izda dan ma sarx”, qal Colella.

Ghaldaqstant Luigi Pelazza staqsa lill-kelliema Maltin ghaliex Malta ma haditx il-klandestini. Izda ‘Le Iene’ komplew jizvijjaw permezz tal-editjar. Melvin Mangion spjega car li Malta ma ffirmatx il-protokol tal-2006 dwar salvatagg li jghid li dawk li jkunu salvati mis-SAR ta’ dak il-pajjiz, irid jiehu lil min isalva f’pajjizu. Ghaldaqstant l-obbligu skont il-ligi internazzjonali, Malta hija responsabbli li tikkordina l-operazzjoni ta’ salvatagg u dawk li jkunu salvati jittiehdu fl-eqreb port li f’dan il-kaz kien dak ta’ Lampedusa ghax kienu 41 mil ’il boghod minn hemm u 114-il mil minn Malta.

Meta Pelazza staqsa ghaliex Malta ma ffirmatx, Mangion qal li “Ma hassejniex li ghandna niffirmaw” u fil-pront qabez Darrell Pace u qal “ghax pajjizna huwa pajjiz indipendenti” u ta’ ‘Le Iene’ waqfu hemm. Izda fil-fatt Pace kompla jghid li pajjizna huwa indipendenti u sovran bhal l-Istati Uniti tal-Amerika u pajjizi ohrajn li ukoll ghazlu li ma jiffirmawx ftehim simili. Izda din il-parti thalliet barra biex inghatat l-impressjoni li pajjizna huwa l-uniku pajjiz li ghazel li ma jiffirmax.

Luigi Pelazza kompla jipprova jpoggi lil pajjizna f’dell aghar meta qal li minkejja dan kollu xorta wahda Malta qeghda ddahhal   €18 miljun fis-sena mill-UE biex insalvaw lill-klandestini. Melvin Mangion qal li l-UE taghti flus lil Malta biex nixtru Parol Boats u apparat u mhux biex nikkontrollaw iz-zona SAR. Luigi Pelazza mill-istudio ta’ ‘Le Iene’ ikkumenta u qal li anke l-Italja tiehu dawn il-flus imma mhux biss biex tixtri l-apparat imma biex isalvaw lill-klandestini.

Fl-ahharnett Luigi Pelazza staqsa lil Mangion jekk ghada jerga’ jigri l-istess bhal kaz Pinar, x’kienet se taghmel Malta. “Naghmlu l-istess haga bhal ma ghamilna ghax nosservaw il-ligi”, qallu Melvin Mangion.

Meta kkuntattjat minn dan is-sit elettroniku, Melvin Mangion qal li l-krew ta’ ‘Le Iene’ gie hawn minghajr ebda avviz ta’ xejn izda xorta wahda ttiehdu fejn xtaqu jmorru, fosthom ic-Centru ta’ Detenzjoni, il-Bazi Marittima tal-FAM u anke tawhom intervista ta’ madwar 30 minuta li giet imbiccra.

“Il-mod kif l-intervista giet editjata saret biex it-Taljani jaslu f’konkluzzjoni zbaljata tal-Maltin” qalilna Mangion. Huwa kompla jghidilna li lil Luigi Pelazza spjegalu l-problema kbira li ghandu pajjizna, inghata statistika ufficjali fosthom li din is-sena digà waslu Malta 758 immigrant illegali li huwa ekwivalenti ghal 500,000 ghal Germanja. Mangion qal li anke provida lil ‘Le Iene’ l-istqarrija tal-Kummissarju Ewropew Jacques Barrot, bit-Taljan, li ta ragun lil Malta li l-immgranti ta’ fuq il-Pinar kellhom jiddahhlu Lampedusa u mhux Malta. Anke kopji ta’ faxes li kienu l-istess Taljani permezz tal-Guardia Costiera li kkonfermaw li kienu se johorgu ghall-klandestini u fax ohra li waslet ftit tal-hin wara fejn qalu li Lampedusa hija mimlija, imma ‘Le Iene’ ma gabu xejn minn dan.

Sorsi ohrajn li tkellmu maghna qalulna li wara l-intervista, Luigi Pelazza instema’ jghid – “Allura Maroni ha fatta grossa” (Mela Maroni ghaxxaqa bil-kbir). Imma fis-servizz tieghu Pelazza imkien ma semma lil Roberto Maroni, il-Ministru ghall-Intern Taljan.

Sadanittant uhud mill-klandestini li kienu intervistati mill-istess Pelazza ikkonfermaw li kien hemm minnhom li ma hallsu xejn biex ghamlu l-vjagg lejn l-Ewropa.

“Il-Libjani kif jaraw gilda sewda jimbuttawk ghal fuq dghajsa u ma jkunux iridu flus. Ma nafx minn fejn igibu d-dghajsa imma jimbuttawna ghal fuq id-dghajsa bla flus”, qal wiehed mill-klandestini Nigerajn li kien fuq il-Pinar.